Archive for the 'Sena Pawlina 2008-2009' Category

Melitensja Pawlina
Kollezzjoni ta’ Kotba Ġodda dwar San Pawl, li ħarġu fl-okkażjoni tas-Sena Pawlina

scan.jpegPawlu, L-Appostlu tal-Ġnus u Missier il-Maltin

Kitba ta’: Mons. Lawrenz Sciberras
Maħrug minn: Lumen Christi Publications
Stampat: Gozo Press
Data: Settembru 2008
Paġni: 162
Prezz:  €7

kevinjhanden.jpegPawlu, Ragħaj għall-Komunitajiet ta’ Żminijietna

Kitba ta’: Kevin J. Hanlon traduzzjoni ta’ Geoffrey G. Attard
Pubblikazzjoni: Lumen Christi Publications
Stampat: PEG Ltd
Data: Settembru 2008 (It-tieni ediżżjoni)
Paġni: 96
Prezz:  €4

guseppepulcinelli.jpegJgħix Fija Kristu: San Pawl: il-ħajja, l-ittri, il-ħsieb u l-imkejjen

Kitba ta’: Giuseppe Pulcinelli traduzzjoni ta’ P. Paul Darmanin OFM Conv.
Pubblikazzjoni: Reliġjon u Ħajja (RUĦ)
Stampat: PEG Ltd
Data: 2008
Paġni: 127
Prezz:  €5

Continue reading >>

L-ewwel Ittra lill-Korintin Riflesjoni għall kull ġurnata għax-xahar ta’ Frar

sena-pawlina-logo.jpglogo-missjoni-djocesana.jpg

 L-EWWEL ITTRA LILL-KORINTIN
KALENDARJU GĦAS SENA PAWLINA - FRAR 2009

 

 

1 ta Frar

Ma tafux li intom tempju ta’ Alla u li l-Ispirtu ta’ Alla jgħammar fikom? (3, 16)

Naf li ġismi hu sabiħ u qaddis. Għad iqum mill-imwiet.

2 ta’ Frar

Jekk xi ħadd jeqred it-tempju ta’ Alla, Alla jeqred lilu. Għax qaddis hu t-tempju ta’ Alla, li huwa intom. (3, 17)

Nieħu ħsieb dan ġismi mingħajr ma nfissdu żżejjed.

Continue reading >>

L-Imħabba fit-tagħlim ta’ San Pawl
Katekeżi dwar San Pawl

sena-pawlina-logo.jpgMeta nikkunsidraw il-virtu’ tal-imħabba fit-tagħlim ta’ San Pawl, żgur li qed immissu l-aqwa virtu’ u hi l-qalba tal-moralita’ Kristjana.  Tant li t-terminu mħabba ma jonqosx mill jidher kważi f’kull ittra Pawlina b’ċerta qawwa u prominenza.  X’jifhem Pawlu meta jitkellem mill-imħabba jew jipproponiha lill-Insara?

Niżżel il-Katekeżi  dwar San Pawl

L-ewwel Ittra lill-Korintin
Riflesjoni għall kull ġurnata għax-xahar ta’ Jannar

 sena-pawlina-logo.jpglogo-missjoni-djocesana.jpg

 L-EWWEL ITTRA LILL-KORINTIN

KALENDARJU GĦAS SENA PAWLINA - JANNAR 2009

1 ta’ Jannar

Pawlu, li Alla ried isejjaħlu biex ikun appostlu ta’ Kristu Ġesù…, lil dawk li tqaddsu fi Kristu Ġesù…, grazzja u sliem mingħand Alla Missierna u l-Mulej Ġesù Kristu.  (1Kor 1, 1-3)

Kemm inħossni msejjaħ/msejħa biex inkun appostlu ta’ Kristu Ġesù fil-Knisja Ommi u fid-dinja?

2 ta’ Jannar

Jiena niżżi ħajr dejjem lil Alla tiegħi minħabba fikomgħall-grazzja li Alla takom, lilkom fi Kristu Ġesù, (1, 4)

Niżżiħajr xejn lil Alla tal-grazzja kbira li tani li nkun membru tal-Knisja ta’ Kristu?

Continue reading >>

Ċelebrazzjoni tal-Ftuħ tal-Missjoni Djoċesana
Pjazza tal-Munxar - Il-Ġimgħa 10 ta’ Ottubru 2008

Nħar il-Ġimgħa 10 ta’ Ottubru fil-pjazza tal-Munxar saret Ċelebrazzjoni biex timmarka l-ftuħ tal-Missjoni Djoċesana fid-djoċesi ta’ Għawdex.

Continue reading >>

Missjoni Djoċesana Għawdex 2008-2009

PowerPoint Presentation
Kalendarju Missjoni Djoċesana
Tagħrif dwar il-Missjoni Djoċesana

A. Introduzzjoni

Wara riflessjoni fuq il-Kelma ta’ Alla, kif ukoll fuq is-sitwazzjoni reliġjuża tad-djoċesi, l-Isqof flimkien mal-equipe pastorali, il-Kulleġġ tal-Kappillani, eċċ, ħaseb biex fl-okkażjoni tas-Sena Pawlina iniedi Missjoni Djoċesana.

B. L-Iskop

a. Biex l-insara tal-gzira, ikollhom l-opportunità li jerġgħu jgħixu l-ġrajja tax-xandir tal-Aħbar it-Tajba mwassla minn Pawlu.
b. Biex jerġgħu jagħrfu s-sbuħija tal-ħajja tad-dixxipli ta’ Ġesù.
c. Biex jerġgħu jagħżlu b’konsapevolezza u rieda li jħobbu lil Ġesu’, jieħdu sehem aktar attiv fiċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija u jkomplu l-formazzjoni nisranija tagħhom.

Continue reading >>

IL-MAGĦMUDIJA FIT-TAGĦLIM TA’ SAN PAWL
Katekezi fuq San Pawl Nru. 4

sena-pawlina-logo.jpg

 

Fl-okkażżjoni tas-Sena Pawlina, d-Djoċesi ta’ Għawdex qed toħrog sensiela ta’ Katekezi fuq San Pawl.  F’din il-ħarġa nsibu katekezi fuq il-Magħmudija fit-tagħlim ta’ San Pawl

 

Niżżel il-Katekezi

 

“Pawlu – X’wiċċ kellu?!”
Konferenza dwar l-Ikonografija ta’ San Pawl

ikonasanpawl.jpg

 

Fl-okkażjoni tas-Sena Pawlina, se ssir taħdita dwar kif żviluppat l-ikonografija ta’ San Pawl mill-ewwel żminijiet tal-Knisja sal-lum.

It-taħdita se ssir minn Fr Gino Gauci, Lecturer fl-Università ta’ Malta, fis-Sala tal-Konferenzi ta’ Santu Wistin, Rabat, Għawdex, nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Settembru 2008, fis-6.30p.m.