Archive for the '2008' Category

L-ewwel Gimgħa tax-Xahar għall-Professjonisti f’Għawdex

Il-Moviment Gradwati Għawdxin jistieden lill-gradwati u l-membri tal-professjonijiet kollha (anki koppji) ghall-Quddiesa ta’ l-ewwel Gimgħa tax-Xahar fis-6 ta’ Gunju, ċelebrata minn Dun George Frendo.

Bħas-soltu ssir fil-knisja ta’ Santu Wistin (Victoria) fit-8.30 pm - ħin tard fl-għaxija biex jippermettilhom jaħtfu din l-opportunita’ u jsegwu omelija specifikament  ghalihom.  Mit-8.15 ikun hemm il-possibilta’ tal-Qrar.

Continue reading >>

Inawgurazzjoni u tberik ta’ niċċa tal-Madonna ta’ Lourdes fl-Iskola Primarja Sant’Iermu, il-Belt Valletta

[Show picture list]
 

Nhar it-Tlieta 20 ta’ Mejju 2008 hija ġurnata li mhux se tintesa’ malajr mit-tfal, għalliema u ġenituri ta’ l-Iskola Primarja Sant’Iermu tal-Belt Valletta.  F’din il-ġurnata, saret ċelebrazzjoni kbira fejn matulha nkixfet u tbierket niċċa tal-Madonna ta’ Lourdes fil-bitħa ta’ l-imsemmija skola bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ l-anniversarju tal-150 sena mill-ewwel dehra tal-Madonna f’Lourdes.  Għal din l-okkażżjoni kellna ukoll il-gost u l-pjaċir li nilqgħu fostna lill-ET Monsinjur Mario Grech, Isqof t’Għawdex, u lill-ET Monsinjur Pawlu Giglio, Arċisqof Emeritus.

Continue reading >>

Simposju Marjan
Santwarju Madonna ta’ Pinu
4-8 ta’ Ġunju 2008

Motto Ta' Pinu - 125 sena
Formola tar-Registrazzjoni għas Simposju

Fl-okkażjoni tal-125 sena mis-sejħa tal-Madonna ta’ Pinu, il-fakulta Pontifiċja Teoloġika ‘Marianum‘ ta’ Ruma bil-kollaborazzjoni tas-Sanwarju Ta’ Pinu ser torganizza Simposju Marjan fis-Sala tas-Santwarju bejn 4 u 8 ta’ Ġunju.

F’dawn il-jiem ser isiru diversi taħdidiet mill-isbaħ ta’ tagħlim teoloġiku dwar il-Verġni Marija. Il-kelliema ser ikunu l-Preside tal-Fakulta’ Teoloġika Marianum, Prof. Padre Silvano M. Maggiani osm u Prof. Salvatore M. Perrella osm. għalliem fl-istess Fakulta’.

Continue reading >>

Il-parroċċa tal-Munxar tilqa’ r-relikwija insinji ta’ l-Appostlu San Pawl

Iktar ritratti minn hawn

Bħala parti mill-festi li qed torganizza l-parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu fil-Munxar fl-okkażjoni tal-ħamsin sena mit-twaqqif tal-parroċċa, inġabet f’Għawdex ir-Relikwija Insinji ta’ l-Appostlu Missierna San Pawl. Din ir-relikwija hi miżmuma b’għożża fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta. Jilqa’ r-relikwija kien hemm Mons Isqof Mario Grech flimkien mal-Kappillan tal-Munxar il-Kan Tonio Galea,i l-kleru u l-poplu ta’ l-istess parroċċa. Ir-relikwija twasslet b’carcade mix-Xatt sal-knisja parrokkjali, fejn tpoġġiet għall-qima tal-fidili. Sakemm iddum fil-parroċċa, ir-relikwija se tittieħed fost il-morda tal-parroċċa u wkoll fost il-morda ta’ l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Il-wasla tar-relikwija ta’ l-Appostlu tal-Ġnus isservi wkoll ta’ tħejjija għall-ftuħ tas-Sena Pawlina, li se sseħħ fit-28 ta’ Ġunju li ġej, fil-vġili tal-festa ta’ San Pietru u San Pawl.

Isqfijiet jitolbu rati mnaqqsa tal-VAT favur il-familja u l-wirt kulturali

English Version

comece_kopf.gifFid-dawl tad-dimensjoni soċjali etika tal-politika fiskali u l-impatt tagħha fuq il-kwalità tal-ħajja fis-soċjet, is-Segretarjat tal-Kummissjoni tal-Konferenzi ta’ l-Isqfijiet Kattoliċi fil-Komunità Ewropea (COMECE) ħa sehem fil-konsultazzjoni mnedija mill-Kummissjoni Ewropea f’Marzu 2008 biex tirrevedi l-leġislazzjoni eżistenti dwar ir-rati mnaqqsa tal-VAT.  Il-kontribut tal-COMECE jissuġġerixxi rati mnaqqsa tal-VAT fuq oġġetti u servizzi li għandhom x’jaqsmu mal-familja, u r-rinovazzjoni ta’ knejjes u postijiet ta’ qima.

Continue reading >>

“Tgħammidna fi Spirtu wieħed… Xrobna minn Spirtu wieħed” (1 Kor 12,13)
Velja Djoċesana ta’ Pentekoste
Santwarju Madonna ta’ Pinu – 10 ta’ Mejju 2008

Omelija ta’ Mons Isqof Grech
Iktar Ritratti

Nhar is-Sibt li għadda, 10 ta’ Mejju, id-Djoċesi ċċelebrat il-Vġili ta’ Pentekoste, permezz ta’ Velja djoċesana. Il-Velja nżammet fis-Santwarju Madonna ta’ Pinu, li din is-sena qed ifakkar il-125 mis-Sejħa tal-Madonna.
 
Il-Velja ta’ Pentekoste, li fiha niċċelebraw is-Solennità ta’ l-għoti ta’ l-Ispirtu s-Santu lill-Appostli u lill-Knisja, hi ċelebrazzjoni maqsuma f’diversi riti, u mimlija simboliżmu u ġesti marbuta mal-ġrajja ta’ Pentekoste. Għal din is-sena, l-attenzjoni partikolari kienet marbuta mas-sagrament tal-Magħmudija, peress li din is-sena pastorali talbitna nirriflettu fuq dan is-sagrament, li hu l-bidu tal-ħajja nisranija, jiġifieri ta’ min jilqa’ lil Kristu, l-Iben t’Alla inkarnat, bħala Feddej tiegħu u jimxi warajh billi jwettaq ir-rieda tal-Missier. Il-mixja tad-dixxiplu, li jipprova jgħix u jwettaq il-kelma tal-Vanġelu, hi msaħħa bid-don ta’ l-Ispirtu s-Santu, li kull kattoliku jirċievi f’jum is-sagrament tal-Griżma ta’ l-Isqof.

Continue reading >>

Sejħa urġenti għad-demm
Gruppi A u O

bloodbank.jpgIr-riserva tad-demm tinsab baxxa ħafna, saħansitra b’riskju li l-operazzjonijiet jieqfu mil-lum għall-għada minħabba nuqqas ta’ demm meħtieġ mill-pazjent. Barra minn hekk, m’għandniex riżorsi biżżejjed biex inkopru diżgrazzja jew emerġenza, filwaqt li pazjenti li għandhom bżonn id-demm bħala trattament se jkollom jistennew sakemm din is-sitwazzjoni taqleb għall-aħjar. Importanti ngħidu li d-demm la għandu sostitut u lanqas ma jista’ jinxtara. Ma nħallux din il-kriżi tkompli fit-tul peress li xi ħadd jista’ jiġi bżonn ta’ demm u ma jsibx. Għad li s’issa kulħadd sabu meta ġie bżonnu, dan ma jfissirx li sitwazzjoni bħal din ma tista’ qatt tiġri. Huwa dmir tagħna li la nħallu l-pazjenti jistennew id-demm, u lanqas li l-operazzjonijiet meħtieġa jitħassru.

Continue reading >>

Mons Isqof Mario Grech iżur l-Iskola Agius de Soldanis

  

Mons Isqof Mario Grech iżur l-Iskola Agius de Soldanis
jikteb Fr. Mark Demanuele MSSP, Religous Consellor Skola Agius de Soldanis 

Il-Ġimgħa 9 ta’ Mejju, il-festa ta’ San Ġorġ Preca, fl-iskola tagħna kellna mistieden speċjali ħafna! L-isqof Mario ġie jżur l-iskola għal żewg raġunijiet. L-ewwelnett kienet okkażjoni biex jiltaqa’ ma’ l-istudenti tal-Form 2 u jiftaħ djalogu magħhom, u wkoll biex ibierek xi proġetti godda li għandna fl-iskola.

Continue reading >>