- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

Isqfijiet jitolbu rati mnaqqsa tal-VAT favur il-familja u l-wirt kulturali

Posted By admin On May 21, 2008 @ 10:56 am In 2008 | Comments Disabled

[1] English Version

[2] comece_kopf.gifFid-dawl tad-dimensjoni soċjali etika tal-politika fiskali u l-impatt tagħha fuq il-kwalità tal-ħajja fis-soċjet, is-Segretarjat tal-Kummissjoni tal-Konferenzi ta’ l-Isqfijiet Kattoliċi fil-Komunità Ewropea (COMECE) ħa sehem fil-konsultazzjoni mnedija mill-Kummissjoni Ewropea f’Marzu 2008 biex tirrevedi l-leġislazzjoni eżistenti dwar ir-rati mnaqqsa tal-VAT.  Il-kontribut tal-COMECE jissuġġerixxi rati mnaqqsa tal-VAT fuq oġġetti u servizzi li għandhom x’jaqsmu mal-familja, u r-rinovazzjoni ta’ knejjes u postijiet ta’ qima.

 
Kunsidrat it-tibdil demografiku mingħajr preċedent li qed iseħħ fl-Unjoni Ewropea, is-Segretarjat tal-COMECE saħaq, fil-kontribuzzjoni tiegħu, fuq l-importanza li jitfasslu miżuri fiskali li jiffaċilitaw il-kundizzjonijiet tal-ħajja tal-familji, specjalment dawk li jixtiequ li jkollhom iżjed tfal.  F’dan ir-rigward, ir-reviżjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-rati mnaqqsa tal-VAT tista’ tkun waħda mill-istrumenti leġislattivi li jistgħu jgħinu biex jinħolqu kundizzjonijiet iktar favorevoli għall-familji fil-livell ta’ l-Unjoni Ewropea.

Is-Segretarjat tal-COMECE ippropona li, bħala parti mill-policy soċjali, fir-rati mnaqqsa tal-VAT jiddaħħlu oġġetti bħal ħrieqi tat-tfal (minflok ħrieqi tat-trabi, kif propost mill-Kummissjoni), prodotti għall-kura tat-tfal, seats tal-karozzi għat-tfal u servizzi bħalma huma dawk għall-kostruzzjoni, rinovazzjoni u manutensjoni ta’ faċilitajiet għall-kura tat-tfal, proviżjoni, u kostruzzjoni rinovazzjoni u alterazzjoni ta’ housing soċjali. 

Is-Segretarjat tal-COMECE laqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li jnaqqsu r-rati tal-VAT fuq servizzi relatati ma’ tiswija ta’ ħsara fi knejjes u postijiet oħrajn ta’ qima bħala parti mill-wirt kulturali Eropew.

Il-COMECE ssuġġeriet li t-tnaqqis tal-VAT jiġi estiż għar-restawr, konservazzjoni, rinovazzjoni u manutensjoni ta’ knejjes u postijiet oħrajn, inklużi oġġetti ta’ qima reliġjuża.  Din l-estensjoni ta’ servizzi maħsuba għall-preservazzjoni ta’ bini reliġjuż, u mhux biss it-tiswija tiegħu, tgħin biex jitrażżnu t-tmermir u l-qerda sfortunati ta’ dan il-bini li huwa parti mill-wirt kulturali komuni ta’ l-Ewropa.

Il-COMECE wriet it-tama li dawn is-suġġerimenti jingħataw konsiderazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea li f’Settembru hija mistennija tippubblika proposta leġislattivi fuq ir-reviżjoni tar-rati mnaqqsa tal-VAT.


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2008/05/21/isqfijiet-jitolbu-rati-mnaqqsa-tal-vat-favur-il-familja-u-l-wirt-kulturali/

URLs in this post:
[1] English Version: http://gozodiocese.org/2008/05/01/bishops-ask-for-reduced-vat-rates-in-favour-of-families-and-cultur
al-heritage/

[2] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/gallery/logos/comece_kopf.gif

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.