- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

“Tgħammidna fi Spirtu wieħed… Xrobna minn Spirtu wieħed” (1 Kor 12,13)
Velja Djoċesana ta’ Pentekoste
Santwarju Madonna ta’ Pinu – 10 ta’ Mejju 2008

Posted By admin On May 13, 2008 @ 9:51 pm In 2008 | Comments Disabled

The [1] Flash Player and [2] a browser with Javascript support are needed..

[3] Omelija ta’ Mons Isqof Grech
[4] Iktar Ritratti

Nhar is-Sibt li għadda, 10 ta’ Mejju, id-Djoċesi ċċelebrat il-Vġili ta’ Pentekoste, permezz ta’ Velja djoċesana. Il-Velja nżammet fis-Santwarju Madonna ta’ Pinu, li din is-sena qed ifakkar il-125 mis-Sejħa tal-Madonna.
 
Il-Velja ta’ Pentekoste, li fiha niċċelebraw is-Solennità ta’ l-għoti ta’ l-Ispirtu s-Santu lill-Appostli u lill-Knisja, hi ċelebrazzjoni maqsuma f’diversi riti, u mimlija simboliżmu u ġesti marbuta mal-ġrajja ta’ Pentekoste. Għal din is-sena, l-attenzjoni partikolari kienet marbuta mas-sagrament tal-Magħmudija, peress li din is-sena pastorali talbitna nirriflettu fuq dan is-sagrament, li hu l-bidu tal-ħajja nisranija, jiġifieri ta’ min jilqa’ lil Kristu, l-Iben t’Alla inkarnat, bħala Feddej tiegħu u jimxi warajh billi jwettaq ir-rieda tal-Missier. Il-mixja tad-dixxiplu, li jipprova jgħix u jwettaq il-kelma tal-Vanġelu, hi msaħħa bid-don ta’ l-Ispirtu s-Santu, li kull kattoliku jirċievi f’jum is-sagrament tal-Griżma ta’ l-Isqof.

 Wara r-riti tal-bidu, l-Isqof Grech introduċa l-Liturġija tal-Kelma, mibnija fuq erba’ siltiet bibliċi mit-Testment il-Qadim akkumpanjati bil-kant tas-salm, il-kant ferrieħi tal-Glorja, il-kolletta, silta mit-Testment il-Ġdid, is-Sekwenza lill-Ispirtu s-Santu, u x-xandir tal-Vanġelu, li għall-okkażjoni ġie proklamat minn fuq il-pulptu tas-santwarju. Din il-parti tal-Velja ntemmet bl-[5] omelija ta’ l-Isqof Mario Grech.
 

[6] [Show as slideshow]

Dritt wara bdiet il-Liturġija batteżimali, li għal din is-sena ħadet post it-tiġdid tas-sagrament tal-Konfermazzjoni. Żewġt itfal, James Josh ta’ ħdax-il sena u ħuh Jordon ta’ tmin snin rċevew il-magħmudija minn idejn l-isqof. Il-magħmudija saret per immersionem, li toħroġ aktar it-tifsira teoloġika tal-magħmudija kif insibuha fl-ittra lir-Rumani. Wara l-kant tal-Litanija tal-Qaddisin, iċ-ċaħda tax-xitan u l-istqarrija tal-fidi, wieħed wara l-ieħor it-tfal daħlu fil-fonti tal-magħmudija – fonti kbir forma ta’ salib, li nġab għall-okkażjoni mingħand l-Aħwa tal-Mixja Neo-Katekumenali – u għal tliet darbiet ġew mgħaddsa fl-ilma f’isem it-Trinità Qaddisa. Kienet xena mhux biss kommoventi għat-tfal, għall-familjari tagħhom u għal dawk preżenti, imma wkoll mumenti qawwi ta’ ferħ tassew fl-Ispirtu. Iċ-ċapċip tal-ġemgħa preżenti, akkumpanjat mill-kant ferrieħi, laqgħa fi ħdan il-Knisja dawn il-membri ġodda tal-komunità nisranija tal-gżira tagħna. Il-liturġija tal-Magħmudija kompliet bit-traxxix tal-ġemgħa bl-istess ilma tal-magħmudija, it-talbiet tal-fidili – li tressqu minn numru ta’ għalliema ta’ l-iskejjel sekondarji Għawdxin –, id-dilka ta’ l-imgħammdin ġodda biż-żejt tal-Griżma u l-għoti tad-dawl. L-imgħammdin ġodda, lebsin il-libsa l-bajda tal-magħmudija, issa mxew ’il quddiem fil-knisja biex ħadu l-ewwel post fil-korsija tal-knisja.

[11] [Show as slideshow]

 
Bl-offerti tal-ħxejjex u l-frott – miġbura matul in-Novena ta’ l-Ispirtu s-Santu fil-parroċċi kollha – u ta’ l-offerti tal-ħobż u l-inbid bdiet il-Liturġija Ewkaristika, li laħqet mument għoli b’tifsira profonda meta dawn iż-żewġt itfal għall-ewwel darba resqu għat-tqarbin.
 
Matul ir-riti ta’ l-għeluq, fi tmiem il-Velja, wara talba lill-Madonna ta’ Pinu u tberik tal-kwadru meqjum fl-istess santwarju, Mons Isqof Mario Grech qassam diplomi lil diversi katekisti li ħadu sehem f’kors ta’ formazzjoni bibliko-teoloġika organizzat mill-iSkola ta’ Formazzjoni għall-Ministeri” tad-djoċesi. Anke jekk dasn sar fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni, li ħadet madwar sagħtejn u nofs, dan il-ġest ried ifisser l-importanza tal-ministerjalità tal-lajċi, fil-Jum iddedikat għall-Apostolat tal-Lajċi.
 
Iċ-ċelebrazzjoni kienet animata bil-kant tal-kor taż-żgħażagħ u mill-komunità ta’ l-Aħwa tal-Mixja Neo-Katekumenali.


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2008/05/13/%e2%80%9ctghammidna-fi-spirtu-wiehed-xrobna-minn-spirtu-wiehed%e2%80%9d-1-kor-1213-velja-djocesana-ta%e2%80%99-pentekoste-santwarju-madonna-ta%e2%80%99-pinu-%e2%80%93-10-ta%e2%80%99-mejju-2008/

URLs in this post:
[1] Flash Player: http://www.macromedia.com/go/getflashplayer
[2] a browser with Javascript support: http://www.mozilla.com/firefox/
[3] Omelija ta’ Mons Isqof Grech: http://gozodiocese.org/2008/05/13/l-ispirtu-s-santu-hu-l-hajja-tal-knisja-u-tas-socjeta-omelija-fil-
velja-ta-pentekoste-santwarju-madonna-ta-pinu-10-ta-mejju-2008/

[4] Iktar Ritratti: http://gozodiocese.org/2008/05/01/velja-djocesana-ta-pentekoste-santwarju-ta-pinu-10-ta-mejju-2008/
[5] omelija: http://gozodiocese.org/2008/05/13/l-ispirtu-s-santu-hu-l-hajja-tal-knisja-u-tas-socjeta-omelija-fil-
velja-ta-pentekoste-santwarju-madonna-ta-pinu-10-ta-mejju-2008/

[6] [Show as slideshow]: http://gozodiocese.org/2008/05/13/%e2%80%9ctghammidna-fi-spirtu-wiehed-xrobna-minn-spirtu-wiehed%e2%
80%9d-1-kor-1213-velja-djocesana-ta%e2%80%99-pentekoste-santwarju-madonna-ta%e2%80%99-pinu-%e2%80%93
-10-ta%e2%80%99-mejju-2008/print/?page=917&show=slide

[7] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/gallery/veljapentekoste4/veljapentekoste31.jpg
[8] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/gallery/veljapentekoste4/veljapentekoste23.jpg
[9] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/gallery/veljapentekoste4/veljapentekoste19.jpg
[10] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/gallery/veljapentekoste4/veljapentekoste16.jpg
[11] [Show as slideshow]: http://gozodiocese.org/2008/05/13/%e2%80%9ctghammidna-fi-spirtu-wiehed-xrobna-minn-spirtu-wiehed%e2%
80%9d-1-kor-1213-velja-djocesana-ta%e2%80%99-pentekoste-santwarju-madonna-ta%e2%80%99-pinu-%e2%80%93
-10-ta%e2%80%99-mejju-2008/print/?page=917&show=slide

[12] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/gallery/veljapentekoste5/veljapentekoste71.jpg
[13] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/gallery/veljapentekoste5/veljapentekoste68.jpg
[14] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/gallery/veljapentekoste5/veljapentekoste62.jpg
[15] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/gallery/veljapentekoste5/veljapentekoste71_1.jpg

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.