Simposju Marjan
Santwarju Madonna ta’ Pinu
4-8 ta’ Ġunju 2008

Motto Ta' Pinu - 125 sena
Formola tar-Registrazzjoni għas Simposju

Fl-okkażjoni tal-125 sena mis-sejħa tal-Madonna ta’ Pinu, il-fakulta Pontifiċja Teoloġika ‘Marianum‘ ta’ Ruma bil-kollaborazzjoni tas-Sanwarju Ta’ Pinu ser torganizza Simposju Marjan fis-Sala tas-Santwarju bejn 4 u 8 ta’ Ġunju.

F’dawn il-jiem ser isiru diversi taħdidiet mill-isbaħ ta’ tagħlim teoloġiku dwar il-Verġni Marija. Il-kelliema ser ikunu l-Preside tal-Fakulta’ Teoloġika Marianum, Prof. Padre Silvano M. Maggiani osm u Prof. Salvatore M. Perrella osm. għalliem fl-istess Fakulta’.

Biex tinkiteb ghal dan is-simposju, niżżel il-formola minn hawn u ibgħatha flimkein mal-offerta tiegħek sa mhux aktar tard mis-Sibt, 31 ta’ Mejju 2008 lil:

SEGRETARJU SIMPOSJU MARJAN
Santwarju Ta’ Pinu, Għarb Għawdex. GRB 1704

 

Programm

L-Erbgħa, 4 ta’ Ġunju
Ftuh tas-Simposju

8.30 p.m.Ċelebrazzjoni tal-Kelma mmexxija mill-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech li fiha jagħmel il-messaġġ tal-Ftuħ tas-Simposju

Il-Ħamis, 5 ta’ Ġunju
Sessjoni Teoloġika

5.30 p.m. Ċelebrazzjoni tal-Għasar, Immexxi Mons. Nikol Ġ. Cauchi, Isqof Emeritus ta’ Għawdex
6.00 p.m. ‘Is-Sens ekklezjali tad-dehriet Marjani’
Prof. Salvatore M. Perella, osm - Potificia Facolta’ Teologica “Marianum”, Roma
7.15 p.m. Break
7.30 p.m. Diskussjoni
8.00 p.m. Messaġġ ta’ l-għeluq minn Mons. Nikol Ġ. Cauchi, Isqof Emeritus ta’ Għawdex.

Il-Ġimgha, 6 ta’ Ġunju
Sessjoni Bibblika

5:30 p.m. Ċelebrazzjoni ta l-Innu Marjan ‘Akathistos’ immexxija minn Mons. Ġużeppi Mercieca, Arċisqof Emeritos ta’ Malta.
6:00 p.m. “Daħlu d-dar u raw lit-tifel ma’ Ommu Marija” (Mt. 2,11) - “Agħmlu kull ma jgħidilkom hu” (Ġw 2,5): Marija Għalliema tal-Kristjaneżmu
Prof. Salvatore M. Perella, OSM
7:15 p.m. Break
7:30 p.m Diskussjoni.
8:00 p.m Messaġġ ta’ l-għeluq minn Mons. Ġużeppi Mercieca, Arċisqof Emeritus ta’ Malta

Is-Sibt, 7 ta’Gunju
Sessjoni Liturġika


8:00 a.m. Ċelebrazzjoni tat-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum. Imexxi l-Arċisqof ta’ Malta Mons. Pawlu Cremona O.P.
8.30 a.m. ‘Fiċ-Ċelebrazzjonijiet Marjani, niltaqgħu ma Kristu’
Prof Silvano M. Maggiani, osm. Preside della Pontificia Facolta’ Teologica “Marianum”, Roma
9.45 a.m. Break
10:15 a.m. ‘Bhal Marija u magħha nikkotemplaw lil Ġesu’
Prof Silvano M. Maggiani, osm
11:30 a.m. Diskussjoni
12:30 p.m. Messaġġ ta’ l-għeluq mill-Arċisqof ta’ Malta. Mons Pawlu Cremona O.p.
6.30 p.m. Ċelebrazzjoni ta’ l-Ewkaristija mmexxija minn Mons Isqof Nikol Cauchi għar-reliġjużi kollha bit-tema: Il-Ħajja Konsagrata fl-iskola tal-Vergni Marija.
Il-Ħadd, 8 ta’ Ġunju

11.15 a.m. Ċelebrazzjoni Ewkaristika ta’ l-Għeluq tas-Simposju mmexxija minn Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex.
It-taħdidiet prinċipali ser ikunu bit-Taljna, imma jkun hemm is-serviczz ta’ traduzzjoni għall-Malti b’mod dirett

Biex tinkiteb ghal dan is-simposju, niżżel il-formola minn hawn u ibgħatha flimkein mal-offerta tiegħek sa mhux aktar tard mis-Sibt, 31 ta’ Mejju 2008 lil:

SEGRETARJU SIMPOSJU MARJAN
Santwarju Ta’ Pinu, Għarb Għawdex. GRB 1704