Mons Isqof Mario Grech iżur l-Iskola Agius de Soldanis

  

Mons Isqof Mario Grech iżur l-Iskola Agius de Soldanis
jikteb Fr. Mark Demanuele MSSP, Religous Consellor Skola Agius de Soldanis 

Il-Ġimgħa 9 ta’ Mejju, il-festa ta’ San Ġorġ Preca, fl-iskola tagħna kellna mistieden speċjali ħafna! L-isqof Mario ġie jżur l-iskola għal żewg raġunijiet. L-ewwelnett kienet okkażjoni biex jiltaqa’ ma’ l-istudenti tal-Form 2 u jiftaħ djalogu magħhom, u wkoll biex ibierek xi proġetti godda li għandna fl-iskola.


 Bdejna bit-tberik tas-Self learning centre, fejn Mrs. Attard, il-Kap ta’ l-Iskola spjegat l-iskop tal-post, u wara li sar it-tberik l-Isqof Grech tkellem ma’ l-istudenti li dak il-ħin inzertaw waqt il-lezzjoni.
 
L-iktar mument imortanti għall-isqof kien waqt il-laqgħa li kellu ma’ l-istudenti tal-Form 2. Wara xi kant u talb, sar welcome speech minn  żewġ studenti, u wara l-isqof qagħad iwieġeb il-mistoqsijiet ta’ l-istudenti stess. Kien  hemm diversi mistoqsijiet lill-isqof dwar ħajtu u dwar il-ħidma tiegħu. Saru xi mistoqsijiet oħra b’mod ġenerali. Ħadna gost nisimgħu l-isqof iwieġeb b’mod ħafif u sempliċi hekk li l-istudenti setgħu jifmuh. Ħassejna li din kienet esperjenza sabiħa għall-istudenti li jħossuhom komdi jitkellmu miegħu u jaraw kif l-isqof huwa bniedem bħalhom, għandu responsabiltà kbira, imma lest li jisma’. L-istudenti semgħuh u x-xewqa tagħna hija li dak li nbeda dakinhar jitkompla fil-ħajja tagħhom.
 
Wara din il-laqgħa l-isqof Mario Grech kompla jdur ma’ l-iskola u bierek s-synthetic turf pitch fejn iltaqa’ ma’ l-istudenti tal-Form 4 li kienu għaddejjin waqt l-logħba tal-futbol ukoll. Wara huwa bierek il-klassijiet fejn saru l-proġett tal-food labs/design and technology rooms. L-istudenti servew lill-isqof xi ikel li huma ippreparaw ma’ l-għalliema tagħhom.
 
Inħoss li dan il-ħin li l-isqof dam fl-iskola tagħna kien ferm important għall-istudenti u l-għalliema li rawh qrib tagħhom u setgħu jitkellmu miegħu. Okkażjonijiet bħal dawn isaħħu r-relazzjoni importanti ta’ l-istudenti tagħna ma’ l-isqof u mal-Knisja wkoll.
 
Fr. Mark Demanuele MSSP
Religious Counsellor