Archive for the '2007' Category

Komunità Parrokkjali ħajja hi xhud kredibbli ta’ Kristu
Omelija ta’ l-Isqof Mario Grech f’għeluq il-ħamsin sena mit-twaqqif tal-parroċċa tal-Munxar (16 ta’ Diċembru 2007)

Fl-okkażjoni tal-50 Sena mit-twaqqif tal-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu fil-Munxar, li twaqqfet fit-12 ta’ Diċembru 1957, il-Ħadd 16 ta’ Diċembru 2007 Mons Isqof Mario Grech mexxa konċelebrazzjoni ta’ radd il-ħajr. Matul il-quddiesa, hu wassal dan il-messaġġ:

Continue reading >>

Il-Prostituzzjoni (Knisja Siġġiewi, 6 ta’ Diċembru 2007)

Il-Prostituzzjoni

Il-bierah filgħaxija, il-Ħamis 6 ta’ Diċembru, l-Isqof t’Għawdex Mons. Mario Grech, f’quddiesa pontifikali li mexxa fil-parroċċa tas-Siġġiewi fl-okkażjoni tal-festa liturgika ta’ San Nikola, wassal dan il-messaġġ

Continue reading >>

Il-Knisja favur il-ħajja (Santwarju ta’ Pinu, 2 ta Diċembru 2007)

F’quddiesa li mexxa nhar il-Ħadd, 2 ta’ Diċembru 2007 fis-Santwarju ta’ Pinu, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Persuni b’Diżabilità, l-Isqof t’Għawdex Mons Mario Grech għamel din l-omelija

Continue reading >>

L-Etika ta’ l-Ispirtu (Kon-Katidral ta’ San Ġwann, 16 ta’ Novembru 2007)

Nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Novembru 2007, l-Isqof Mario Grech mexxa konċelebrazzjoni tal-Gradwazzjoni li saret Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Huma għamel din l-omelija:

Continue reading >>

Saċerdoti Anġli
Omelija ta’ Mons Isqof Mario Grech fil-funeral ta’ Mons Franġisk Azzopardi
Parroċċa Xagħra (9 ta’ Novembru 2007)

Omelija ta’ Mons Isqof Mario Grech fil-funeral ta’ Mons Franġisk Azzopardi (Parroċċa Xagħra – 9 ta’ Novembru 2007)

SAĊERDOTI ANĠLI

Kif smajna fl-ewwel qari meħud mill-ktieb tal-profeta Eżekjel, l-anġlu tal-Mulej ħa lil Eżekjel ħdejn l-ilma ġieri, ilma li kif jiddeskrivih il-profeta huwa ilma li jagħti l-ħajja, jibdel l-ilma mielaħ f’ilma ħelu u kapaċi jsaqqi biex fuq il-ġnub tax-xmara jkun hemm is-siġar iħaddru. Anke llum aħna bil-għatx għal dan l-ilma u neħtieġu li l-Mulej jibgħatilna l-anġlu tiegħu ħalli jgħinna nixorbu mill-għajn ta’ ilma ġieri li huwa tajjeb u kapaċi jagħti l-ħajja; ilma li tassew jibdel mill-ħażin għat-tajjeb; ilma li kapaċi jsebbaħ.

Imma min huma dawn l-anġli li ser iwassluna lejn din il-għajn? Huma dawn is-sacerdoti li hawn madwari li nixtieqkom tkomplu tikkunsidrawhom bħala anġli tal-Mulej minkejja d-dgħjufija tagħhom. Dawn huma l-anġli li llum il-Mulej jibgħat lill-Knisja tiegħu, kif jgħidilna l-awtur ta’ l-Apokalissi, ħalli anke lill-Knisja llum jgħinuha tiskopri dan l-ilma tal-ħajja li huwa Kristu.

Il-missjoni ta’ l-Anġlu u l-ministeru tas-saċerdot

Meta nieħu f’idejja l-Vanġelu nsib diversi paġni fejn jissemma l-Anġlu. L-Anġlu huwa dak li lil Marija, lil Ġużeppi u lil Żakkarija għenhom ħalli jagħrfu x’inhi r-rieda ta’ Alla għalihom. Ħafna drabi aħna nħossuna konfużi. Kapaċi nsibu anġli ħżiena li minflok ma jgħinuna biex niskopru l-pjan ta’ Alla jħawdu lilna u lil oħrajn. Imma jkollna ngħidu wkoll li għandna anġli li jgħinuna ħalli nagħtu glorja lil Alla billi nwettqu l-pjan tiegħu. Bħal fil-każ ta’ Ġużeppi, li l-Anġlu jgħidlu biex jitlaq lejn l-Eġittu u jieħu miegħu lil Marija u lit-tarbija Ġesù u mbagħad x’ħin jgħaddi l-periklu jitolbu jerġa’ jirritorna lura lejn daru, hekk ukoll is-saċerdot: hu li jkun għaraf ir-rieda ta’Alla, iħoss li għandu dan id-dmir li lilna jgħinna nsibu l-aħjar direzzjoni fil-ħajja tagħna.

L-Anġlu huwa dak li mar jaqdi lil Kristu wara li ħareġ mit-taqbida tat-tentatur, kif jirrakkontawlna San Luqa u San Mark. Għax wara li Kristu għeleb lit-tentatur fit-tentazzjonijiet tiegħu fid-deżert, Alla bagħat lill-anġli tiegħu ħalli jaqduh. Jien ninterpreta dan il-passaġġ bħala indikazzjoni li tixhed li lil Ibnu Alla bagħatlu l-anġli tiegħu biex jgħinuh ukoll fil-mument tat-tentazzjoni ħalli jagħraf jirbaħ lill-ispirtu ħażin. Għeżież tiegħi, m’għandniex bżonn aħna wkoll l-anġli ta’ Kristu biex jgħinuna fit-tfixkil u t-tentazzjonijiet li niltaqgħu magħhom? M’għandniex bżonn l-għajnuna u l-akkumpanjament ta’ l-anġlu ħalli noħorġu rebbieħa fuq it-tnassis u fuq ix-xbieki li jonsbilna l-anġlu ħażin?

Jiġini f’moħħi meta l-anġlu mar ifarraġ lil Kristu fil-Ġetsemani. Dan kien l-anġlu tal-faraġ. Inkun qed nagħmel dmiri lejn Dun Franġisk u lejn is-saċerdoti kollha jekk f’isimkom ngħidilhom grazzi tal-kelma ta’ faraġ li jwasslulna u li biha jsostnuna, iweżnuna u jakkumpanjawna fil-ħajja tqila tagħna. Iva, is-saċerdoti huma dawk li mhux bil-kelma tagħhom, imma bil-kelma mnebbħa minn Alla l-imbierek, ħafna drabi fil-konfessjonarju u anke barra mill-konfessjonarju jagħtuna dan il-faraġ bħalma l-anglu farraġ lil Kristu fil-ġnien tal-Ġetsemani.

Inkompli nġib quddiem għajnejja l-anġlu li jħabbar l-aħbar it-tajba li Kristu qam mill-mewt. Fiċ-ċirkostanza tal-lum, meta qed nagħmlu dan il-funeral lil ħuna Dun Franġisk u meta bil-preżenza tagħna qegħdin nistqarru t-twemmin tagħna fil-ħajja ta’ dejjem u t-tisħib tagħna fir-rebħa li Kristu għamel fuq il-mewt, nistqarru li anke fil-ħajja ordinarja tagħna għandna bżonn il-preżenza tas-saċerdot li jsaħħaħna f’dan it-twemmin li hemm il-ħajja ta’ dejjem. Din hija verità li lilna tagħtina mistrieħ kbir u timliena bit-tama.

Niftaħ ukoll il-ktieb ta’ l-Atti ta’ l-Appostli u nsib li meta Pietru u Ġwanni kienu l-ħabs, il-Mulej bagħat l-anġlu tiegħu ħalli joħroġhom mill-ħabs u jagħtihom il-libertà. Is-saċerdoti tagħna huma dawk li f’isem Kristu b’imħabba kbira jgħinuna ninfatmu minn dak kollu li qed ixekkilna, jgħinuna nirbħu kull piż li qed itaqqal il-mixi tagħna, u jgħinuna niftħu dak kollu li qed isakkarna ġewwa biex mbagħad inkunu nistgħu ngħixu l-libertà ta’ wlied Alla.

Dan kollu huwa ħidma li m’hija xejn ħafifa. L-ewwelnett għaliex aħna bnedmin li għandna l-limiti tagħna; imma wkoll għaliex qegħdin nitrattaw ma ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu ma’ Alla. Filwaqt li nirringrazzjaw lil Alla li għoġbu jżejjen lid-Djoċesi tagħna bil-ministeru ta’ dan l-“anġlu” li llum qegħdin nrodduh lura lil Alla, lil Dun Franġisk Azzopardi, li sa fejn nista’ niftakar qeda lill-Knisja bħala għalliem u bħal Viċi-Rettur fis-Seminarju, bħala kanoniku mogħti għat-talb fil-Knisja Kattidrali, bħala saċerdot li kien isegwi lis-sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù u bħala wieħed minnkom, jien inrodd ħajr lil Alla għalih.

Imma ħalluni nagħmlilkom appell biex tkomplu titolbu għalina lkoll, biex aħna li bħall-anġli suppost imsejħin biex inkunu dejjem fil-preżenza ta’ Alla u li magħkom imsejħin biex nikxfu l-wiċċ moħbi ta’ Alla, inkunu għalikom anġli li fit-twettieq bil-fedeltà tal-ministeru saċerdotali afdat lilna ngħinukom f’dak kollu li għandu x’jaqsam mal-ħajja tagħkom bħala wlied Alla.

Nemmnu fit-tajjeb li hemm f’kull bniedem (Assemblea Azzjoni Kattolika, 19 ta’ Ottubru 2007)

Nhar is-Sibt 19 ta’ Ottubru 2007, Mons Isqof Mario Grech mexxa l-konċelebrazzjoni fl-għeluq ta’ l-Assemblea ta’ l-Azzjoni Kattolika fl-okkażjoni tal-Ftuħ tas-Sena Soċjali 2007-2008, u għamel din l-omelija: 
  Continue reading >>

Knisja kkonsagrata hija bir ta’ ilma ħaj (Katidral Għawdex, 14 ta’ Ottubru 2007)

Fid-djoċesi t’Għawdex illum, il-Ħadd 14 ta’ Ottubru, ġiet iċċelebrata l-festa tal-Konsagrazzjoni tal-Katidral. Filgħaxija, fl-istess Katidral, l-Isqof Mario Grech mexxa konċelebrazzjoni u fl-omelija wassal dan il-messaġġ.

Continue reading >>

Saċerdot li ħabb il-komunjoni (Parroċċa Fontana, 9 ta’ Ottubru 2007)

Nhar it-Tlieta 9 ta’ Ottubru sar il-funeral ta’ Mons. Ġużeppi Bajda, mill-Parroċċa tal-Fontana, Għawdex. Il-funeral tmexxa mill-E.T. Mons Nikol Ġ. Cauchi, isqof emeritu. Dun Ġużepp Bajada kien kollaboratur ewlieni ta’ l-E.T. Nikol Cauchi. Fil-quddiesa tal-funeral ħa sehem ukoll Mons. Isqof Mario Grech u diversi saċerdoti oħra. Din hi l-omelija li għamel l-Isqof Grech waqt il-quddiesa tal-funeral.

Continue reading >>