Archive for the '2012' Category

Tberik tat-Trabi fil-Ġuf

MONS. MARIO GRECH
ISQOF TA’ GĦAWDEX

________________________________________________________

Messaġġ lill-Ommijiet fl-okkażjoni tat-Tberik tat-Trabi fil-Ġuf

Għeżież ommijiet,

Din il-laqgħa tal-lum fis-Santwarju Ta’ Pinu tfakkarni fil-ġrajja ta’ meta Marija marret għand qaribtha Eliżabetta. Dakinhar, malli semgħet lil Marija ssellmilha, Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu, nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Ara, malli smajt f’widnejja leħen it-tislima tiegħek, it-tarbija li għandi fil-ġuf qabżet bil-ferħ” (Lq 1,44). Continue reading >>

Messaġġ għal Jum il-Ħaddiem 2012

Messaġġ tal-Isqof Mario Grech għal Jum il-Ħaddiem
1 ta’ Mejju 2012

IL-ĦADDIEM U L-FAMILJA

Filwaqt li llum is-soċjetà ċivili tiċċelebra Jum il-Ħaddiem, il-Knisja tistedinna nitfgħu ħarsitna fuq San Ġużepp Ħaddiem bit-tama li dan jagħtina ftit aktar dawl dwar id-dinjità tax-xogħol. Huwa fatt li l-Mulej Ġesù kien identifikat bħala “iben Ġużeppi l-mastrudaxxa”. Dan jixhed li kien hemm rabta bejn Ġesù u x-xogħol ta’ missieru! Min-naħa l-oħra, dan jikkonferma wkoll li fil-ħanut tal-mastrudaxxa Ġużeppi ma kienx “waħdu” – bħala raġel tal-familja hu kellu f’moħħu u f’qalbu lil martu Marija u lil ibnu Ġesù! Continue reading >>

70th anniversary of the award of the George Cross

Ecumenical Service Of Celebration and Thanksgiving
Organised by the British Residents Association Malta G.C.

Message by H.L. Bishop Mario Grech
18th April 2012, at the Cathedral, Gozo

This evening we are gathered here to express our gratitude to God for three distinctive gifts: (1) Her Majesty Queen Elizabeth II, who has just celebrated her Diamond Jubilee; (2) the 70th anniversary of Operation Pedestal which the Maltese baptised as the “Santa Marija Convoy”, and (3) the 70th anniversary of the award of the George Cross offered to our Nation to “honour her brave people”.

The three events speak loudly of the splendid human richness that adornes all the persons involved; yet, those who like us have a faith vision, cannot overlook the fact that there is a Christian note common to all. Continue reading >>

Għawdex isellem lil Dr. Ċensu Tabone, President Emeritus ta’ Malta

Tislima lil Dr Ċensu Tabone

F’ċerimonja qasira imma sinifikattiva, li saret (ilbieraħ, is-Sibt 17 ta’ Marzu 2012) fit-Tokk tar-Rabat, Għawdex qabel ma l-korteo bit-tebut ta’ Dr. Ċensu Tabone telaq lejn iċ-ċimiterju ta’ Santa Marija fejn saret id-difna, l-Isqof Mario Grech mexxa mumenti ta’ talb u sellem lil “Ċensinu”.

“Iltqajna fit-“Tokk” ta’ gżiritna biex aħna l-Għawdxin nagħtu l-aħħar tislima lil ħuna Dr. Ċensu Tabone, President Emeritus tar-Repubblika. Continue reading >>

Il-valur tal-mistrieħ f’Jum il-Ħadd

Illum il-Jum Ewropew tal-Ħdud franki mix-xogħol

Stqarrija tal-Isqof Mario Grech

Meta llum il-European Sunday Alliance qed tiċċelebra l-4 ta’ Marzu bħala “il-Jum Ewropew tal-Ħdud franki mix-xogħol”, nappella biex iċ-ċittadini jikkooperaw ma’ din l-inizjattiva biex ma jsirx xogħol fil-Jum tal-Ħadd, b’eċċezzjoni għal dik il-ħidma li hija neċessarja fis-soċjetà.

Huwa ta’ sodisfazzjon li s-soċjetà waslet biex tiddefendi l-valur ċivili tal-Ħadd għax hekk il-ħaddiem ikollu ħin għall-mistrieħ, żmien biex jiltaqa’ mal-familja u l-komunità, possibilità biex jieħu sehem f’attivitajiet kulturali u jwettaq attivitajiet oħra li ma għandhomx x’jaqsmu mal-produttività u l-konsum, bħalma hija attività ta’ voluntarjat u fl-impenn sportiv. Continue reading >>

Premju “Qalb tad-Deheb”

ASSOĊJAZZJONI TAL-FAMILJA

Messaġġ tal-Isqof Mario Grech fl-okkażjoni tal-għoti tal-Premju “Familja Qalb tad-Deheb” organizzat mill-Moviment ta’ Kana f’Għawdex, nhar is-Sibt 11 ta’ Frar 2012.

Il-kura ta’ persuni fil-bżonn tal-għajnuna
Il-familja għandha sehem importanti ħafna fis-soċjetà. B’sens qawwi ta’ gratitudni insellem lil dawk il-familji li għażlu li jibqgħu jieħdu ħsieb lill-membri fi ħdanhom li huma morda, diżabbli jew anzjani. Mhux faċli li wieħed jikkwantifika kemm tiswa din il-kura fil-familja; però huwa żgur li meta l-familja ma tibqax toffri dawn is-servizzi, il-piż fuq l-Istat ikun enormi! Continue reading >>

Konferenza djoċesana dwar il-Familja

IRRODDU LURA Ċ-ĊITTADINANZA LILL-FAMILJA

Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Jannar 2012 filgħaxija l-Kummissjoni Familja tad-Djoċesi t’Għawdex organizzat Konferenza Djoċesana bit-tema “Familja soda, soċjetà b’saħħitha”. Fid-diskors tiegħu l-Isqof Mario Grech wassal dan il-messaġġ:

“Huwa fatt li l-familja saret sfida diffiċli mhux biss għall-Knisja imma wkoll għas-soċjetà tagħna. Ħafna jiddependi mill-għażliet tagħna llum jekk din l-isfida tintrebaħx jew tintilifx. Mistoqsija importanti li hemm bżonn nagħmlu hija jekk aħniex ser nibqgħu inħarsu lejn il-familja bħala istituzzjoni soċjali li għandha damma ta’ drittijiet u dmirijiet – istituzzjoni li s-soċjetà tirrikonoxxilha ċ-ċittadinanza!

Huwa minnu li kull ma jmur l-Ewropa, kemm bħala entità politika kif ukoll kulturali, qed issib diffikultà kif tirrelata mal-familja. Kien hemm żmien meta l-Unjoni Ewropea kienet turi interess ġenwin fil-familja; imma mbagħad bidlet ir-rotta! Ċediet għall-pressjoni ta’ xi gruppi u bidlet in-nuċċali, tant li llum l-Ewropa saret issib diffikultà li tqis il-familja bħala oġġett-suġġett ta’ interess komuni. Kieku huma diversi dawk l-istituzzjonijiet pubbliċi li jagħmlu stqarrijiet u dikjarazzjonijiet uffiċċjali fejn jagħrfu li l-familja hija ċellula naturali u fundamentali tas-soċjetà u għandha d-dritt li tkun imħarsa mis-soċjetà u mill-Istat (art 16., Dikjarazzjoni Universali tad- Drittijiet Umani, ONU, 1948). Però, jekk nosservaw x’qed jiġri madwarna, faċli nintebħu li l-politika sejra f’direzzjoni opposta! Continue reading >>