Archive for November, 2018

Mons. Isqof Mario Grech jiftaħ is-Sena Marjana

img_8233.jpg

Omelija fis-Solennità ta’ Kristu Sultan tal-ħolqien kollu
Manifestazzjoni djoċesana ta’ Kristu Re u Ftuħ tas-Sena Djoċesana Marjana
Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu, l-Għarb
Il-Ħadd 25 ta’ Novembru 2018
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

FIL-KNISJA GĦANDNA NBID?

Fil-ġrajja img_8355.jpgtat-tieġ ta’ Kana, San Ġwann jirrakkontalna xi ħaġa aktar mill-esperjenza ta’ tieġ ta’ żewġ għarajjes friski; hawn huwa jagħtina dettalji dwar il-qagħda reliġjuża ta’ Iżrael li, kif nafu mill-Bibbja, Alla kien “għarras” miegħu fis-sewwa u fil-ħaqq, fl-imħabba u l-ħniena (ara Hos 2:21). Għalhekk nistgħu ngħidu li fil-ġrajja ta’ Kana fil-Galilija għandna wkoll analiżi tagħna bħala Knisja f’Għawdex.

Meta lil Ġesù, Marija tiġbidlu l-attenzjoni li “ma għandhomx inbid” (mhux li spiċċalhom l-inbid, imma li saħansitra ma kellhomx inbid!), f’isem ġensha Marija qed tfisser lil Ġesù li dak li kien il-poplu l-magħżul ta’ Alla, minkejja li kellu tradizzjoni reliġjuża antika ħafna, kien tilef il-gost ta’ Alla, it-Tempju kien iddeludieh bil-kbir, u spiritwalment kien qed iħossu insodisfatt għall-aħħar. Continue reading >>

L-Isqof Mario Grech iniedi Sena Marjana fid-Djoċesi ta’ Għawdex

Read Bishop Grech’s Pastoral Letter on the Marian Year in the Diocese of Gozo: 64-2018-pastoral-letter-marian-year.pdf

64/2018

Ittra Pastorali

tal-E.T. Mons. Mario Grech

 

 

il-madonna-ta-pinu-dettall-amadeo-perugino-1619.jpgSENA MARJANA FID-DJOĊESI

Wasalt fi tmiem iż-żjara pastorali tiegħi fost il-missjunarji tagħna fil-Perù. Kienu ġranet sbieħ li mlewni b’ħafna ferħ u tama. Hemmhekk xammejt ir-riħa tqila tal-miżerja soċjali, imma fl-istess waqt iltqajt ma’ Knisja mimlija ħajja, żagħżugħa u kollha entużjażmu. Il-parroċċi tagħhom ma għandhomx il-ġid li għandna aħna, fis-sens li huma nieqsa ħafna mhux biss mill-mezzi materjali imma fuq kollox mis-saċerdoti u r-reliġjużi; imma mbagħad huma mogħnija b’ħafna għana spiritwali. In-nies għandhom fidi sempliċi imma awtentika. Għandhom programmi interessanti ta’ katekeżi, kemm għat-tfal u kemm għall-kbar. Ilmaħt għadd ġmielu ta’ lajċi li għandhom diversi ministeri. Il-liturġija tagħhom ma għandha xejn minn tat-teatru, imma tara l-komunità kollha tipparteċipa bil-ferħ u l-passjoni. Fuq kollox, rajt Knisja li għandha għal qalbha l-foqra: hija Knisja li tagħmel differenza fil-ħajja ta’ ħafna, speċjalment ma’ dawk li jkunu tilfu kull tama.

Hemmhekk kelli esperjenza ta’ Knisja li rċeviet u għadha tirċievi ħafna mill-Knisja f’Għawdex. Farraġni qatigħ il-fatt li, waqt li kont fuq art tal-missjoni, kien hemm ħafna x’jikkonfermali li jien ragħaj ta’ Knisja missjunarja, fis-sens li l-Knisja f’Għawdex għandha ħafna għal qalbha l-missjoni! Biżżejjed insemmi lil Dun Raymond Portelli mill-Parroċċa tan-Nadur u lil Patri Giovanni Cefai u Patri Victor Zammit, it-tnejn mill-Parroċċa taż-Żebbuġ, u lil Patri Marċell Portelli mill-Parroċċa tal-Fontana – it-tlieta membri tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl. Dawn is-saċerdoti, li tassew jagħmlulna ġieħ, jgħiduli li l-missjoni tagħhom isserraħ fuq l-appoġġ spiritwali u materjali ta’ bosta Għawdxin u Maltin! Dan napprezzah ħafna. Continue reading >>

Ċelebrazzjoni għall-Katekisti

quddiesa-immakulata.jpg

Ċelebrazzjoni Djoċesana ta’ Kristu Re

kristu-re-2018.jpg

Jum il-Karità fid-Djoċesi

jum-il-karita-flyer-2018.jpg

Bullettin tal-Ħadd - 4 ta’ Novembru 2018

bullettin-2018-novembru-04.jpg

Id-devozzjoni lejn l-Erwieħ - Ittra tal-Isqof Mario Grech

63/2018

Ittra lill-Poplu ta’ Alla
tal-E.T. Mons. Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex

Read Bishop Grech’s Letter: Devotion to the Holy Souls: 63-2018-devotion-to-the-holy-souls.pdf

all-souls.jpgDan l-aħħar, persuna rrakkontatli kif qalgħet grazzja bl-interċessjoni tal-erwieħ. Fissritli li wara li talbet bil-qalb lil xi familjari u ħbieb mejtin biex iressqu l-karba tagħha quddiem Ġesù, hija kellha konferma li hu wieġeb għat-talba tal-erwieħ! L-argument ta’ din il-persuna huwa sempliċi ħafna: meta dawk li jħobbuha jagħlqu għajnejhom għal din id-dinja, wara li jkunu għaddew mit-tisfija huma jaraw lil Alla wiċċ imb wiċċ; misjuqin minn din l-istess imħabba u għożża, dawn l-erwieħ li qegħdin fil-preżenza ta’ Alla, jidħlu għalina quddiemu.

Spiss jiġri li, meta nkunu nixtiequ nħabbtu l-bieb tas-Sema, aħna nfittxu l-appoġġ tal-qaddisin. Nagħmlu sew, għax kif tgħallem il-Knisja, il-qaddisin fis-Sema jgħixu quddiem il-Mulej u ma jieqfu qatt jitolbu għalina quddiem il-Missier. Il-ħerqa tagħhom ta’ aħwa tgħin ħafna d-dgħufija tagħna (ara Lumen Gentium, 49). Continue reading >>