Archive for February, 2018

MONS. ALFRED XUEREB MAĦTUR NUNZJU APPOSTOLIKU

UFFIĊĊJU KOMUNIKAZZJONI KURJA VESKOVILI TA’ GĦAWDEX
Stqarrija għall-Istampa [ST/01/2018]
26 ta’ Frar 2018
___________________________________________
F’laqgħa li saret dalgħodu f’nofsinhar fil-Kurja Veskovili ta’ Għawdex, l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, ikkomunika l-aħbar sabiħa li l-Q.T. il-Papa Franġisku għażel lil mons-alfred-xuereb.jpgwieħed mis-saċerdoti tad-Djoċesi ta’ Għawdex, MONS. ALFRED XUEREB, li sal-lum kien jaqdi r-rwol ta’ Prelat Segretarju Ġenerali fis-Segreterija għall-Ekonomija tas-Santa Sede, biex ikun Nunzju Appostoliku fir-Repubblika tal-Korea (ta’ Isfel), u fl-istess waqt għollieh għad-dinjità ta’ Arċisqof titulari ta’ Amantea, l-Italja.

Fost dawk preżenti għal din il-laqgħa kien hemm is-Sinjura Doris Xuereb, omm Mons. Xuereb, kif ukoll oħtu Silvia Caruana.

Mons. Alfred Xuereb ser jirċievi l-Konsagrazzjoni episkopali minn idejn il-Q.T. il-Papa Franġisku fil-Bażilika ta’ San Pietru, il-Vatikan, nhar it-Tnejn 19 ta’ Marzu 2018, Solennità ta’ San Ġużepp, fil-5.00pm. Continue reading >>

Ittra Pastorali għar-Randan 2018 tal-Isqfijiet Malta

maltese-bishops-scicluna-and-grech.jpgNGĦOŻŻU DAK LI HU SABIĦ U TAJJEB

Ta’ kull sena, fit-Tieni Ħadd tar-Randan, il-Knisja tlaqqagħna mal-esperjenza ta’ Ġesù u tliet dixxipli magħżula minnu, fuq muntanja għolja. Din insejħulha l-esperjenza tat-Trasfigurazzjoni.

L-Evanġelju ta’ San Mark jgħidilna li “Ġesù ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil Ġwanni, tellagħhom weħidhom fuq muntanja għolja, u tbiddel quddiemhom. Ilbiesu sar abjad u jgħammex b’dija tal-għaġeb”. San Mark jagħmel osservazzjoni: “Ebda ħassiel fid-dinja ma jista’ jġib il-ħwejjeġ bojod daqshekk”. U jkompli: “U dehrilhom Elija ma’ Mosè, jitkellmu ma’ Ġesù” (Mk 9, 2-3).

Kompli aqra minn hawn:  ittra-pastorali-randan-2018.pdf

CHERISHING WHAT IS BEAUTIFUL AND GOOD

Every year, on the Second Sunday of Lent, the Church proclaims the Gospel narrative of Christ and his three chosen disciples, that took place on a high mountain. We call this event the experience of the Transfiguration.

The Gospel according to Saint Mark narrates that “Jesus took with him Peter and James and John, and led them up a high mountain apart by themselves; and he was transfigured before them, and his garments became glistening, intensely white”. Saint Mark makes the interesting observation that they were white “as no fuller on earth could bleach them” (Mk 9, 2-3).

Continue reading:  pastoral-letter-for-lent-2018.pdf

Eżerċizzi għaż-Żgħażagħ Għawdxin f’Malta

ezercizzi-kdz-2018.jpg

“Tnaxil sena li bidluh” - Intervista mal-Isqof ta’ Għawdex fuq il-gazzetta “kulħadd”

12-il-sena-li-bidluh.jpg

L-E.T. L-ISQOF T’GĦAWDEX MARIO GRECH – PERSUNA LI BL-ISTIL UNIKU TIEGĦU JIPPREŻENTA RUĦU BĦALA R-RAGĦAJ IT-TAJJEB WAQT LI JWASSAL IL-KELMA T’ALLA BL-AQWA MOD POSSIBBLI. ILU JOKKUPA L-KARIGA TA’ ISQOF T’GĦAWDEX GĦAL DAWN L-AĦĦAR 12-IL SENA.

Kif ġietek il-vokazzjoni biex issir qassis?

Il-vokazzjoni għall-qassis ġietni meta kelli esperjenza mal-persuni b’diżabbiltà. Niftakar illi kien hemm Dun Manwel Curmi li kien jieħu ħsieb dawn it-tip ta’ persuni u kien jiġbor grupp ta’ volontarji jgħinuh. Jien kont wieħed minnhom. Aktar tard dan il-bniedem kompla żviluppa l-Fondazzjoni Arka. Kien hemm persuna b’diżabilità li mingħajr ma taf hi lili ġegħlitni nagħmel ċerti mistoqsijiet u minn hemm bdejt nara lil Alla fiha.

Dan kollu kompla xprunani sabiex nilħaq qassis.

Aqra l-intervista kollha minn hawn: http://kullhadd.com/tnax-il-sena-li-bidluh/

Eżerċizzi tar-Randan f’Għawdex 2018

cross-painting.jpg

Iftaħ minn hawn: ezercizzi-ghawdex-2018.pdf

(Picture source: https://www.ignatianspirituality.com/15261/preparation-for-lent)

Bullettin tal-Ħadd - 25 ta’ Frar 2018

Aqra minn hawn:

bullettin-2018-frar-25.jpg

Il-Papa jistedinna nsumu u nitolbu għall-paċi

Ċirkulari tal-Vigarju Ġenerali M0ns. Tarcisio Camilleri

pope-francis.jpg

Jum ta’ Sawm u Talb għall-Paċi fid-Dinja

Nhar il-Ħadd li għadda, waqt l-Anġelus, il-Papa Franġisku fakkar is-sitwazzjoni traġika minħabba l-kunflitti f’diversi partijiet tad-dinja u ħeġġeġ biex ningħaqdu flimkien għal Ġurnata ta’ talb u ta’ sawm għall-paċi. Din ser tinżamm nhar il-Ġimgħa li ġejja, 23 ta’ Frar.

L-intenzjoni ta’ din il-ġurnata se tkun b’mod partikulari għall-popolazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u tas-Sudan.

Il-Papa wessa’ din l-istedina għat-talb u s-sawm għall-aħwa li mhumiex Kattoliċi u lanqas Kristjani.

Fi kliem il-Papa, nitolbu lill-Missier tas-sema biex jisma’ l-għajta ta’ wliedu li jagħjtu lejH fil-mumenti tat-tbatija u tad-dwejjaq, u li jfejjaq il-qlub maqsuma u jinfaxxa il-feriti tagħhom.

Għalhekk inħeġġu lill-komunitajiet kollha fid-Djoċesi tagħna biex jingħaqdu ma’ dan il-ħsieb tal-Papa.

Mogħtija mill-Kurja tal-Isqof, ir-Rabat, Għawdex.

16 ta’ Frar 2018

Mons Tarcisio Camilleri
Vigarju Ġenerali

_______________

Ir-ritratt hu meħud minn: https://stdominicspriorynewcastle.wordpress.com/b/

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi - Marzu 2018

newsheet-marzu-2018-1.jpgNiżżel kopja minn hawn: newsheet-marzu-2018-1.pdf