“Tnaxil sena li bidluh” - Intervista mal-Isqof ta’ Għawdex fuq il-gazzetta “kulħadd”

12-il-sena-li-bidluh.jpg

L-E.T. L-ISQOF T’GĦAWDEX MARIO GRECH – PERSUNA LI BL-ISTIL UNIKU TIEGĦU JIPPREŻENTA RUĦU BĦALA R-RAGĦAJ IT-TAJJEB WAQT LI JWASSAL IL-KELMA T’ALLA BL-AQWA MOD POSSIBBLI. ILU JOKKUPA L-KARIGA TA’ ISQOF T’GĦAWDEX GĦAL DAWN L-AĦĦAR 12-IL SENA.

Kif ġietek il-vokazzjoni biex issir qassis?

Il-vokazzjoni għall-qassis ġietni meta kelli esperjenza mal-persuni b’diżabbiltà. Niftakar illi kien hemm Dun Manwel Curmi li kien jieħu ħsieb dawn it-tip ta’ persuni u kien jiġbor grupp ta’ volontarji jgħinuh. Jien kont wieħed minnhom. Aktar tard dan il-bniedem kompla żviluppa l-Fondazzjoni Arka. Kien hemm persuna b’diżabilità li mingħajr ma taf hi lili ġegħlitni nagħmel ċerti mistoqsijiet u minn hemm bdejt nara lil Alla fiha.

Dan kollu kompla xprunani sabiex nilħaq qassis.

Aqra l-intervista kollha minn hawn: http://kullhadd.com/tnax-il-sena-li-bidluh/