Archive for December, 2017

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi - Jannar 2018

newsheet-jannar-2018-page-001.jpgNiżżel in-Newsheet minn hawn: newsheet-jannar-2018-1.pdf

Bullettin tal-Ħadd - 17 ta’ Diċembru 2017

bullettin-2017-dicembru-17.jpg

Festa ta’ Ferħ fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex

vgh-festa-ta-ferh-milied-2017.jpg

Stedina mill-Moviment Ewkaristiku

adorazzjoni-ewkaristika-solenni.jpg

Titħabbar il-mewt ta’ Mons. Carmelo Scicluna

mons-carmelo-scicluna.jpgFtit jiem biss wara l-mewt ta’ saċerdot ieħor, il-Mulej issa sejjaħ għal ħdejh lil Mons. Carmelo Scicluna, STD, JCB, Dip.Arch., Dip.Bibl., Capp.SS. mill-parroċċa ta’ San Ġorġ. Dun Karm huwa t-tmin presbiteru li miet tul din is-sena.

Għan-Nisrani, il-mewt tiddawwal bil-misteru tal-imħabba ta’ Kristu, l-Iben ta’ Alla magħmul bniedem, li dalwaqt niċċelebraw il-ġrajja tat-twelid tiegħu fostna. Aħna nistennewH ġej, u nemmnu li aħna mexjin lejH, il-milja tal-ħajja tagħna. Continue reading >>

Imut il-Kan. Dun Ġużepp Said

dun-guzepp-said.jpgNhar l-Erbgħa, 6 ta’ Diċembru 2017 tħabbret il-mewt tal-Kan. Dun Ġużepp Said min-Nadur.

Dun Ġużepp twieled in-Nadur fl-4 ta’ Ġunju 1943. Hu kien ordnat saċerdot fit-30 ta’ April 1966. Fost il-ħidma ministerjali tiegħu, Dun Ġużepp għadda ħafna snin bħala Kappillan fl-isptarijiet ta’ gżiritna.

Il-funeral tiegħu se jsir fil-Bażilika ta’ San Pietru u San Pawl, in-Nadur, nhar it-Tnejn, 18 ta’ Diċembru, fit-3.30pm.

Filwaqt li nagħtu l-għomor lill-familjari tiegħu u lill-Kapitlu tan-Nadur, nitolbu l-interċessjoni tal-Verġni Immakulata, sabiex permezz ta’ Kristu binha, jikseb il-ħelsien sħiħ ta’ wlied Alla u jgawdi l-ferħ dejjiem fis-Sema.

RIP

L-Ittri Pastorali tal-Isqof Mario Grech midmumin fi ktieb

ktieb-isqof-ittra-pastorali.jpgDaħla (għall-ktieb)

F’din il-ġabra ta’ Ittri Pastorali tal-Isqof Mario Grech matul il-medda ta’ dawn l-aħħar ħdax-il sena nosservaw it-tibdil soċjali li sar f’pajjiżna u li ġab miegħu mentalità u kultura ġdida. Mingħajr ebda dubju dan ittibdil talab riflessjoni min-naħa tal-Isqof Mario bħala ragħaj spiritwali, kultant waħdu u kultant ma’ sħabu l-Isqfijiet Maltin. Dan it-tibdil soċjali ġab ukoll bidliet fil-komunità Maltija li temmen u ħareġ viżjoni ta’ Knisja lokali ġdida biex tilqa’ l-ħtiġijiet tal-istess komunita. Espressjoni sabiħa tal-Isqof dwar it-tibdil hija: “Min ma jiġġeddidx, jitqadded”, li turi l-konvinzjoni tiegħu li t-tibdil ħu meħtieġ (2011). Imma dan it-tibdil jitlob li “naraw il-ħtieġa ta’ dan it-tiġdid intern fil-komunità tal-Knisja, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam mal-mejda tal-Kelma li minnha tiddependi l-fidi, kif ukoll mal-Liturġija li hija ċ-ċelebrazzjoni tal-fidi tagħna fi Kristu” – huma l-Kelma ta’ Alla u l-Ewkaristija li ser isaħħu l-fidi tal-komunità (2011). Continue reading >>

Bullettin tal-Ħadd - 10 ta’ Diċembru 2017

bullettin-2017-dicembru-10.jpg