- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

Imut il-Kan. Dun Ġużepp Said

Posted By admin On December 8, 2017 @ 10:53 am In Press Releases | Comments Disabled

dun-guzepp-said.jpgNhar l-Erbgħa, 6 ta’ Diċembru 2017 tħabbret il-mewt tal-Kan. Dun Ġużepp Said min-Nadur.

Dun Ġużepp twieled in-Nadur fl-4 ta’ Ġunju 1943. Hu kien ordnat saċerdot fit-30 ta’ April 1966. Fost il-ħidma ministerjali tiegħu, Dun Ġużepp għadda ħafna snin bħala Kappillan fl-isptarijiet ta’ gżiritna.

Il-funeral tiegħu se jsir fil-Bażilika ta’ San Pietru u San Pawl, in-Nadur, nhar it-Tnejn, 18 ta’ Diċembru, fit-3.30pm.

Filwaqt li nagħtu l-għomor lill-familjari tiegħu u lill-Kapitlu tan-Nadur, nitolbu l-interċessjoni tal-Verġni Immakulata, sabiex permezz ta’ Kristu binha, jikseb il-ħelsien sħiħ ta’ wlied Alla u jgawdi l-ferħ dejjiem fis-Sema.

RIP


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2017/12/08/imut-il-kan-dun-guzepp-said/

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.