Nhar l-Erbgħa, 6 ta’ Diċembru 2017 tħabbret il-mewt tal-Kan. Dun Ġużepp Said min-Nadur.
Dun Ġużepp twieled in-Nadur fl-4 ta’ Ġunju 1943. Hu kien ordnat saċerdot fit-30 ta’ April 1966. Fost il-ħidma ministerjali tiegħu, Dun Ġużepp għadda ħafna snin bħala Kappillan fl-isptarijiet ta’ gżiritna.
Il-funeral tiegħu se jsir fil-Bażilika ta’ San Pietru u San Pawl, in-Nadur, nhar it-Tnejn, 18 ta’ Diċembru, fit-3.30pm.
Filwaqt li nagħtu l-għomor lill-familjari tiegħu u lill-Kapitlu tan-Nadur, nitolbu l-interċessjoni tal-Verġni Immakulata, sabiex permezz ta’ Kristu binha, jikseb il-ħelsien sħiħ ta’ wlied Alla u jgawdi l-ferħ dejjiem fis-Sema.
RIP