Published on May 30, 2012
in 2012.
MARTEDÌ 29 MAGGIO 2012
Malta
La famiglia al centro della società / Intervista al vescovo di Gozo
L’Osservatore Romano
(Nicola Gori) Famiglia, solidarietà, evangelizzazione. Sono alcune delle priorità che la diocesi di Gozo pone all’attenzione dei fedeli e delle componenti sociali. In particolare, si vuole porre la famiglia al centro della società, in quanto cellula base sulla quale si ripercuotono crisi e speranze di ogni persona. Lo dice il vescovo Mario Grech dal 2006 alla guida della diocesi maltese di Gozo, in questa intervista al nostro giornale, in occasione della visita ad limina.
Continue reading >>
Published on May 28, 2012
in 2012.
Niżżel l-istqarrija mill-link ta’ hawn
Published on May 28, 2012
in 2012.
L-ISTQARRIJA GħALL-ISTAMPA 1/2012
Il-Ġimgħa, 25 ta’ Mejju 2012
JITWAQQAF IL-MOVIMENT IVA GĦALL-ĦAJJA UMANA
Il-Moviment IVA għall-Ħajja Umana hu magħmul minn nies li huma favur il-ħajja tal-bniedem f’kull aspett tagħha. Il-ħajja umana għandha ti[i mħarsa sa mill-bidunett tagħha u qatt ma tkun esposta għal manipulazzjoni u għal periklu li tinqered.
Il-Moviment IVA għall-Ħajja Umana huwa vuċi għall-embrijun, għat-tfal, żgħażagħ, adulti, anzjani, morda, persuni b’diffikulta’ jew b’diżabbilita’ u b’kull kundizzjoni li bniedem jista’ jsib ruħu fiha. Dan il-grupp jemmen li l-ħajja tal-bniedem tibda mill-konċepiment u tintemm mall-aħħar nifs. Dan il-Moviment huwa magħmul minn Maltin u Għawdxin minn diversi setturi tas-soċjeta’: lajċi, professjonisti, ommijiet, missirijiet, tfal, eċċ. Is-soċjeta’ Maltija u Għawdxija qiegħda tiffaċċja theddida għall-valuri li għal sekli sħaħ missirijietna ndukraw, għożżew u għaddewlna minn [enerazzjoni għall-oħra. Fl-aħħar snin [abu magħhom ‘tsunami’ distruttiv għal dawn il-valuri, ewlieni fosthom it-theddida għall-ħajja umana u r-rispett sħiħ lejha.
Continue reading >>
Published on May 26, 2012
in 2012.
Uffiċċju Komunikazzjoni
Arċidjoċesi ta’ Malta
26 ta’ Mejju, 2012
72/2012
ŻJARA AD LIMINA MILL-ARĊISQOF PAWLU CREMONA U L-ISQOF MARIO GRECH
Nhar il-Tnejn li ġej l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u l-Isqof Mario Grech se jkunu l-Vatikan għaż-żjara ad Limina dwar id-djoċesijiet ta’ Malta u Għawdex.
Iż-żjara hekk msejħa ad Limina ssir regolarment biex l-isqfijiet jagħtu rendikont dwar id-djoċesi li huma responsabbli għaliha. Normalment din iż-żjara ssir kull ħames snin u tinkludi numru ta’ laqgħat mad-dekasteri tal-Kurja Rumana. Dawn jinkludu s-Segreterija tal-Istat, il-Kongregazzjonijiet, it-Tribunali, l-Kunsilli u l-Uffiċċji Pontifiċji. Continue reading >>
25/2012
Ittra Ċirkulari
tal-E.T. Mons. Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex
Lir-Reverendi Arċiprieti, Kappillani, Retturi ta’ Knejjes, Superjuri Reliġjużi, Persuni kkonsagrati u Lajċi Nsara.
Żjara Ad limina
Għeżież,
Flimkien mal-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. u l-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca, għada (illum) il-Ħadd ser immur Ruma għaż-Żjara ad limina Apostolorum. Huwa dmir ta’ kull isqof djoċesan li kull ħames snin jagħmel din iż-żjara fuq “l-għatba tal-oqbra tal-Appostli Pietru u Pawlu”. Għad li minn Għawdex se mmur waħdi, imma se nieħu fi ħsiebi lil kull wieħed u waħda minnkom biex nippreżentakom lill-Q.T. il-Papa Benedittu XVI. Continue reading >>
Niżżel in-newsheet minn hawn
Published on May 20, 2012
in 2012.
24/2012
Pastoral Letter
by His Lordship Mario Grech
Bishop of Gozo
STRENGTHENING THE FAMILY
To priests, religious men and women, consecrated persons and lay faitfhul.
Many among us believe that the family is the jewel in the crown of the church and the country. The family is a primary human, social, economic and spiritual resource. I can never adequately express my appreciation towards a great number of families for their sense of dedication and spirit of sacrifice. The family is held is such high esteem that for many the worst which could happen to them is for trouble to crop up in the family. It is not seldom that when such unfortunate circumstances prevail, families join ranks to tackle the problem. Continue reading >>
Published on May 19, 2012
in 2012.
Ittra Pastorali 24/2012
ITTRA PASTORALI
tal-E.T. Mons. Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex
INSAĦĦU L-FAMILJA
Lis-Saċerdoti, Reliġjużi, Persuni kkonsagrati u Lajċi Nsara.
Fostna hawn ħafna li jemmnu li l-familja hija l-aqwa teżor li għandhom il-Knisja u l-pajjiż. Il-familja hija riżorsa umana, soċjali, ekonomika u spiritwali. Ma nsibx kliem biex nuri l-apprezzament tiegħi għas-sens ta’ dedikazzjoni u l-ispirtu ta’ sagrifiċċju li hemm fil-parti l-kbira tal-familji tagħna. Huwa verament il-każ li d-demm qatt ma sar semm. Il-poplu tagħna tant għadu jgħożż il-familja li, għal ħafna, l-inkwiet fil-familja huwa l-ikbar diżgrazzja li jista’ jkollhom! Mhux rari li meta jitfaċċa xi saram familjari, il-familji jgħaqqdu l-forzi tagħhom biex jaraw kif isolvuh. Continue reading >>