- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

APPLIKAZZJONI GĦAD-DĦUL FIL-KINDER 1 FL-ISKEJJEL TAL-KNISJA F’GĦAWDEX
SENA SKOLASTIKA 2009-2010

Posted By admin On January 10, 2009 @ 6:42 am In 2009 | Comments Disabled

Is-Segretarjat għall-Edukazzjoni u l-Kultura javża li se joħorġu l-applikazzjonijiet għad-Dħul fil-Kinder 1 fl-iskejjel tal-Knisja f’Għawdex għas-sena skolastika 2009-2010. It-tfal li jiġu reġistrati jridu jkunu twieldu fis-sena 2006.

Mis-sena skolastika li ġejja (2009-2010), it-tfal li jidħlu fl-iskejjel Kindergarten tal-Knisja f’Għawdex ikunu jistgħu jkomplu l-iskola sekondarja fl-iskejjel tal-Knisja f’Għawdex: fis-Seminarju Minuri fil-każ ta’ tfal subien, u fil-Konservatorju tal-Isqof (Skola Sekondarja) fil-każ ta’ tfal bniet.

Il-formoli tal-applikazzjoni għandhom jinġabru mill-Kurja ta’ Għawdex it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa, 19, 21 u 23 ta’ Jannar 2009, bejn id-9.00 u l-11.00 ta’ filgħodu. L-applikazzjonijiet jinġabru mill-uffiċċju tar-Receptionist kif tidħol il-Kurja.

Il-formoli tal-applikazzjoni, mimlija kif suppost u bid-dokumenti meħtieġa magħhom, iridu jiġu ppreżentati fl-istess post fil-Kurja l-ġimgħa ta’ wara, jiġifieri t-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa 26, 28 u 30 ta’ Jannar 2009, bejn id-9.00 u l-11.00 ta’ filgħodu.


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2009/01/10/applikazzjoni-ghad-dhul-fil-kinder-1-fl-iskejjel-tal-knisja-fghawdex-sena-skolastika-2009-2010/

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.