Titħabbar il-mewt tal-Ġiżwita Għawdxi Ġwann Azzopardi

Ilbieraħ, il-Hamis, 8 ta’ Jannar 2009, miet Fr. Ġwann Azzopardi, S.J. mix-Xagħra. Ġwann Azzopardi miet fid-Dar tal-Kleru f’Birkirkara, Malta, fl-età ta’ 69 sena.

 

Ġwann Azzopardi kien student Ġizwita li marad wara li għamel l-istudji Univeristarji fil-Letteratura u l-istudji tal-Filosofija fi Franza. Kien jaghmel parti mill-komunità ta’ Manresa, iżda issa kien ilu ’l fuq minn 15-il sena fid-Dar tal-Kleru.

 

Il-funeral se jsir għada, is-Sibt, 10 ta’ Jannar,  f’Dar Loyola, in-Naxxar fl-10.30 ta’ filgħodu.

 

Ningħaqdu mal-familjari ta’ Ġwann Azzopardi u mal-Komunità tal-Patrijiet Ġiżwiti f’talba lil Alla biex jilqgħu fi ħdanu fil-ferħ tal-Ġenna.

 

Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi lilu, jistrieħ fil-paċi. Ammen.