Archive for October, 2008

Novembru 2008

logonewsheet.jpg

Niżżel in-newsheet ta’ Novembru

FIERA TAL-KTIEB MILL-PRECA LIBRARY (M.U.S.E.U.M.)

FIERA TAL-KTIEB
MILL-PRECA LIBRARY (M.U.S.E.U.M.)
FIS-SALA TAS-SEMINARJU TA’ GĦAWDEX

Mill-Ħadd 2 ta’ Novembru sal-Ħadd 9 ta’ Novembru
Ħinijiet: 8.30p.m. – 12.00 / 4.00 – 8.00p.m.

Ikun hemm għall-bejgħ varjetà kbira ta’ kotba reliġjużi – għall-kbar u għaż-żgħar, statwi, oġġetti u rigali reliġjużi, varjetà ta’ settijiet ta’ pasturi kbar (minn 30ċm sa 120ċm).

Barra dawn l-oġġetti, wieħed jista’ jitlob ukoll informazzjoni dwar is-servizzi tal-ħanut Preca Library.

Il-Ġustifikazzjoni fl-ewwel Ġimgħa tax-Xahar għall-Professjonisti f’Għawdex

Il-Moviment Gradwati Għawdxin jistieden lill-gradwati u l-membri tal-professjonijiet kollha (anki koppji) għall-Quddiesa tal-ewwel Ġimgħa tax-Xahar fis-7 ta’ Novembru, ċelebrata minn Dun Mikiel Galea.

Bħas-soltu ssir fil-knisja ta’ Santu Wistin (Victoria) fit-8.30 pm - ħin tard fl-għaxija biex jippermettilhom jaħtfu din l-opportunita’ u jsegwu omelija speċifikament ghalihom.  Fl-iskema ta’ temi magħżula għal din is-Sena Pawlina mill-Isqof Nikol Cauchi meħuda mit-tagħlim li ħallielna San Pawl, din id-darba jmiss “Il-Ġustifikazzjoni”. L-ispunt hu l-versett “Il-bniedem ma jkunx iġġustifikat bl-opri tal-Liġi imma bil-fidi f’Ġesu’ Kristu” (ittra lill-Galatin, kap 2:16).

Mit-8.15 ikun hemm il-possibilta’ tal-Qrar.
Continue reading >>

IL-PEDAMENTI TAL-KNISJA
Omelija ta’ Mons Isqof Mario Grech fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-Festi tat-tqegħid tal-ewwel ġebla tal-knisja parrokkjali tas-Santissma Trinità, Marsa
Parroċċa Trinità Qaddisa, Marsa – it-Tnejn, 20 ta’ Ottubru 2008

 IL-PEDAMENTI TAL-KNISJA

 Mhux il-ġebel imma l-poplu t’Alla jifforma l-knisja-parroċċa

“It-tifkira li qegħdin tagħmlu ta’ għeluq il-mitt sena minn meta bdiet tinbena l-knisja parrokkjali tagħkom, hija ġrajja li timlikom b’sens ta’ gratitudni lejn l-antenati tagħkom, imma fl-istess ħin tgħabbikom b’responsabiltà wkoll għaliex issa jmiss lilkom li taġixxu b’mod li tassiguraw li jgħaddu s-snin u dawk ta’ warajkom jagħmlu memorja bħal din tal-lum.

Jiena konvint li qabel ma nbniet din il-knisja tal-ġebel, f’dawn l-akwati kien hawn “knisja” oħra! Mhux qed nirreferi għal xi knisja tal-ġebel, imma għall-“poplu t’Alla” li kien jgħammar f’dawn l-inħawi. Ċertament li d-deċiżjoni biex tinbena knisja parrokkjali ttieħdet għax min kien responsabbli mill-kura pastorali kien konxju tal-fatt li hawnhekk kien hawn “knisja ħajja”. Il-poplu t’Alla kien anterjuri għal kull forma ta’ xi struttura fiżika! Il-knisja mibnija bil-ġebel kienet espressjoni tal-“knisja” magħmula minn tant imgħammdin u minn familji Nsara.
Continue reading >>

Bullettin tal-Ħadd - 26 ta’ Ottubru 2008

bulletinlogo.jpg 

Bullettin ta’ 30 Ħadd matul is-Sena (Sena A)

Ftuħ tas-Sena Soċjali tal-Azzjoni Kattolika f’Għawdex

[Show picture list]
Iktar ritratti

Nhar is-Sibt 18 ta’ Ottubru 2008, l-Azzjoni Kattolika f’Għawdex tat bidu għas-Sena Soċjali ġdida, b’ċelebrazzjoni li saret fid-Dar Ċentrali fir-Rabat. It-tema ġenerali għas-Sena Soċjali 2008-2009 hi: “L-imħabba ta’ Kristu ġġeddidna”, u hi marbuta mal-motto tal-Missjoni Djoċesana li qed tiċċelebra d-Djoċesi: “L-imħabba ta’ Kristu ssuqna” (2 Kor 5,14). Wara li Mons Karm Hili, Assistent Ekkleżjastiku Djoċesan, mexxa t-talb tal-bidu, il-President Djoċesan Manuel Saliba tkellem dwar is-sehem tal-Azzjoni Kattolika fil-ħidma tad-Djoċesi. Imbaghad il-President Ġenerali, is-Sinjura Joyce Pullicino, li mexxiet delegazzjoni minn Malta, għamlet it-tislima tagħha u introduċiet lill-Assistent Ekkleżjastiku Ġenerali l-Ġdid: Mons Paul Vella.

Continue reading >>

21 ta’ Ottubru 2008

The Maltese Herald Logo

Fil-ħarġa ta’ The Maltese Herald  ta’ din il-ġimgħa Charles Spiteri jirraporta dwar iż-żjara ta’ Lech Walesa f’Għawdex, xogħol ta’ Restawr fuq il-faċċata tal-katidral u dwar pellegrinaġġ f’Ruma għas-Sena Pawlina.

IL-KNISJA TGĦIN FIT-TIĠDID TAS-SOĊJETÀ
Omelija Isqof Mario Grech
Ftuħ Sena Soċjali Azzjoni Kattolika
18 ta’ Ottubru 2008 - Victoria

Nhar is-Sibt 18 ta’ Ottubru 2008, l-Azzjoni Kattolika f’Għawdex tat bidu għas-Sena Soċjali ġdida, b’ċelebrazzjoni li saret fid-Dar Ċentrali fir-Rabat. It-tema ġenerali għas-Sena Soċjali 2008-2009 hi: “L-imħabba ta’ Kristu ġġeddidna”, u hi marbuta mal-motto tal-Missjoni Djoċesana li qed tiċċelebra d-Djoċesi: “L-imħabba ta’ Kristu ssuqna” (2 Kor 5,14).

L-Isqof Mario Grech mexxa konċelebrazzjoni u fl-omelija wassal dan il-messaġġ:

Continue reading >>