- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

Ftuħ tas-Sena Soċjali tal-Azzjoni Kattolika f’Għawdex

Posted By admin On October 21, 2008 @ 2:44 pm In 2008 | Comments Disabled

[1] [Show as slideshow]
[6] Iktar ritratti

Nhar is-Sibt 18 ta’ Ottubru 2008, l-Azzjoni Kattolika f’Għawdex tat bidu għas-Sena Soċjali ġdida, b’ċelebrazzjoni li saret fid-Dar Ċentrali fir-Rabat. It-tema ġenerali għas-Sena Soċjali 2008-2009 hi: “L-imħabba ta’ Kristu ġġeddidna”, u hi marbuta mal-motto tal-Missjoni Djoċesana li qed tiċċelebra d-Djoċesi: “L-imħabba ta’ Kristu ssuqna” (2 Kor 5,14). Wara li Mons Karm Hili, Assistent Ekkleżjastiku Djoċesan, mexxa t-talb tal-bidu, il-President Djoċesan Manuel Saliba tkellem dwar is-sehem tal-Azzjoni Kattolika fil-ħidma tad-Djoċesi. Imbaghad il-President Ġenerali, is-Sinjura Joyce Pullicino, li mexxiet delegazzjoni minn Malta, għamlet it-tislima tagħha u introduċiet lill-Assistent Ekkleżjastiku Ġenerali l-Ġdid: Mons Paul Vella.

Il-programm kompla bi tliet partijiet Pawlini. Erba’ diriġenti taw l-ideat tagħhom dwar is-sitwazzjoni tas-soċjetà taghna llum f’relazzjoni mat-taghlim li ġabilna l-Appostlu tal-Ġnus. Marsette Xerri, mgħejjuna minn Marselle, mill-Fergħa tat-tfajliet tax-Xewkija, tat xi riflessjonijiet fuq San Pawl fil-forma ta’ poeżija. Is-Segretarju Pastorali (u Ass Ekkleż tal-Kunsill Żgħażagħ) Dun Giovanni Curmi għamel powerpoint presentation li fiha tkellem dwar l-ewwel ħidma ta’ evanġelizzazzjoni kif insibuha rrakkuntata fl-Atti tal-Appostli, b’riferiment speċjali għall-vjaġġi missjunarji ta’ San Pawl. permezz ta’.

L-Isqof Mario Grech, li ppresieda l-attività ta’ saghtejn u nofs,  mexxa konċelebrazzjoni u fl-omelija wassal messaġġ bit-tema “Il-Knisja tgħin fit-tiġdid tas-soċjetà”. Ikkonċelebraw miegħu diversi Assistenti Ekkleżjastiċi.


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2008/10/21/ftuh-tas-sena-socjali-tal-azzjoni-kattolika-f%e2%80%99ghawdex/

URLs in this post:
[1] [Show as slideshow]: http://gozodiocese.org/2008/10/21/ftuh-tas-sena-socjali-tal-azzjoni-kattolika-f%e2%80%99ghawdex/prin
t/?page=1219&show=slide

[2] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/gallery/azzjoni_kattolika_2008/ak97.jpg
[3] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/gallery/azzjoni_kattolika_2008/ak111.jpg
[4] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/gallery/azzjoni_kattolika_2008/ak115.jpg
[5] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/gallery/azzjoni_kattolika_2008/ak117.jpg
[6] Iktar ritratti : http://gozodiocese.org/2008/10/01/ftuh-tas-sena-socjali-tal-azzjoni-kattolika-f%E2%80%99ghawdex-18-t
a%E2%80%99-ottubru-2008/

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.