Archive for July, 2008

Awissu 2008

apostelshipofprayerlogo.jpgIntenzjoni Ġenerali
Biex il-familja umana tirrispetta l-pjan ta’ Alla għad-dinja u tagħraf il-ħolqien bħala rigal ta’ Alla għalina.

Intenzjoni Missjunarja
Biex il-poplu kollu ta’ Alla jitħeġġeġ ħalli jwieġeb kif imiss għas-sejħa li għandu għall-qdusija u għall-missjoni.

Intenzjoni tal-Isqfijiet
Biex l-anzjani u dawk li jinsabu weħidhom isibu min ikun ġeneruż magħhom u ma jkunux imwarba.

Il-Ħajja f’Għawdex - Ġunju/Lulju 2008

gunjululju.jpg 

Il-Ħajja f’Għawdex hija rivista ta’ kull xahar maħruga mid-Djocesi ta’ Għawdex. L-ewwel ħarga kienet f’Ġunju 1945 u issa ninsabu fil-ħarga numru 899. Din ir-rivista tista tinkiseb mill-ħwienet reliġjuzi ġewwa Għawdex jew inkella direttament minn Lumen Christi Media Centre, Rabat Għawdex.

Artikli online minn din il-ħarġa

Il-Liberta’ fl-ewwel Ġimgħa tax-Xahar għall-Professjonisti f’Għawdex

Il-Moviment Gradwati Għawdxin jistieden lill-gradwati u l-membri tal-professjonijiet kollha (anki koppji) għall-Quddiesa ta’ l-ewwel Ġimgħa tax-Xahar fl-1 ta’ Awissu, ċelebrata mis-superjur tad-Dar Stella Maris Fr Alfred Farrugia MSSP.

Bħas-soltu ssir fil-knisja ta’ Santu Wistin (Victoria) fit-8.30 pm - ħin tard fl-għaxija biex jippermettilhom jaħtfu din l-opportunita’ u jsegwu omelija speċifikament  ghalihom.  Inħass li jkun xieraq li, matul din is-sena speċjali, jittieħdu temi mit-tagħlim li ħallielna San Pawl. Din id-darba ntgħażlet “il-Liberta’ ta’ Wlied Alla”, bi spunt mill-versett “Għax il-Mulej huwa l-Ispirtu; u fejn hemm l-Ispirtu tal-Mulej hemm il-ħelsien” (it-tieni ittra lill-Korintin: kap 3 vers 17).

Mit-8.15 ikun hemm il-possibilta’ tal-Qrar.

Continue reading >>

Lectio Divina for the Year of Saint Paul

sena-pawlina-logo.jpgDaily Lectio Divina for the Year of St Paul by the Benedictine monks of St. Paul.

Bullettin tal-Ħadd - 27 ta’ Lulju 2008

Logo tal-Bullettin tal-Ħadd

Bullettin ta’ 17 il-Ħadd matul is-Sena (Sena A)

Ħatra ta’ Kelliem għad-Djoċesi ta’ Għawdex dwar l-Ambjent

pauline_grech.jpgMons Isqof Mario Grech ħatar lil Ms Pauline Grech bħala delegat tiegħu għall-Affarijiet Ambjent. Ms Pauline Grech studjat l-Edukazzjoni fl-Università ta’ Malta (1983-1988) bi speċjalizazzjoni fil-Bijoloġija. Tul dan iż-żmien hija ħadmet f’riċerka tal-UNEP (United Nations Environment Programme) dwar it-tniġġiż fil-Baħar Mediterran taħt is-superviżjoni tal-Professur Victor Axiak. It-teżi tagħha ‘Awareness of the Maltese Natural Environment: A Survey’ ġiet ippubblikata mill-Fundazzjoni għall-Istudji Internazzjonali tal-Università ta’ Malta. Fix-xogħol tagħha bħala għalliema għamlet xi żmien responsabbli mill-proġett “EkoSkola” fl-iskola fejn kienet tgħallem. Għal xi snin kienet ukoll nominata mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent bħala membru tal-Fond għall-Ambjent. Illum Ms Grech hija Kap ta’ waħda mill-iskejjel tal-Gvern f’Għawdex. Hija wkoll membru tas-Soċjetà Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M.).
 
Dan l-aħħar Ms Pauline Grech irraprezentat lid-Djoċesi ta’ Għawdex fid-diskussjoni pubblika msejħa mill-Ministeru għal-Għawdex dwar il-proġett “Eko-Għawdex”.

Manifestazzjoni Marjana, Marsalforn
22 ta’ Lulju 2008

Iktar ritratti minn hawn
Omelija ta’ Mons Isqof Mario Grech

Fl-għeluq ta’ Kampanja djoċesana favur ambejnt moralment nadif, ilbieraħ, it-Tlieta 22 ta’ Lulju 2008 Mons Isqof Mario Grech iċċelebra quddiesa fil-bajja ta’ Marsalforn. Il-funzjoni kienet tinkludi wkoll it-talba tar-Rużarju qabel il-quddiesa. Għall-funzjoni attendew diversi saċerdoti u folla numeruża ta’ lajċi nsara. L-animazzjoni tal-kant kienet f’idejn il-kor “Voci Angeliche”. Mons Isqof għamel omelija marbuta mal-qari tal-evanġelju tal-ġurnata, fit-tifkira ta’ Santa Marija Maddalena.
Continue reading >>

Mons Isqof Mario Grech iħabbar Missjoni Djoċesana f’Għawdex

 logo-missjoni-djocesana.jpg

Biex tfakkar bl-aħjar mod is-Sena Pawlina, id-Djoċesi ta’ Għawdex bdiet it-tħejjija biex tiċċelebra Missjoni Djoċesana. Din l-aħbar ingħatat mill-istess Mons Isqof Mario Grech, meta ċċelebra l-ftuħ solenni tas-Sena Pawlina fil-Bażilika tan-Nadur, nhar is-Sibt 28 ta’ Ġunju 2008.

Il-Missjoni Djoċesana se tkun l-inizjattiva pastorali prinċipali tad-Djoċesi ta’ Għawdex matul is-sena pastorali li ġejja. It-tema magħżula hija silta mit-tieni ittra ta’ San Pawl lill-Korintin: “L-imħabba ta’ Kristu ssuqna” (5,14): in-Nisrani li jagħmel esperjenza sabiħa u qawwija tal-Misteru ta’ l-Għid ta’ Kristu jħossu msejjaħ biex jaqsam ma’ kulħadd il-qawwa rebbieħa u trasformatriċi tas-Salib.

Continue reading >>