Archive for the 'Apostleship of Prayer' Category

Marzu 2009

apostelshipofprayerlogo.jpgIntenzjoni Ġenerali
Biex kull pajjiż fid-dinja jagħraf japprezza d-dinjità u l-valur tal-mara, u r-rwol tagħha fis-soċjetà.
Intenzjoni Missjunarja
Biex il-poplu kollu Nisrani fiċ-Ċina jimxi fuq l-indikazzjonijiet tal-ittra tal-Papa, u jaħdem għall-għaqda u għall-paċi

Continue reading >>

Frar 2009

apostelshipofprayerlogo.jpgIntenzjoni Ġenerali

Biex ir-Rgħajja tal-Knisja meta jgħallmu u jaqdu lill-Poplu ta’ Alla jkunu aktar sensittivi għall-ħidma tal-Ispirtu s-Santu.

Intenzjoni MissjunarjaĦalli l-Knisja fl-Afrika ssib il-mezzi biex tippromovi r-rikonċiljazzjoni, il-ġustizzja u l-paċi. Continue reading >>

Ottubru 2008

apostelshipofprayerlogo.jpgIntenzjoni Ġenerali
Biex is-Sinodu ta’ l-Isqfijiet iżid fina l-impenn li nħabbru l-verità tal-Fidi, f’għaqda mal-Knisja kollha.

Intenzjoni Missjunarja
Biex kull komunità nisranija tħoss il-bżonn li tagħti s-sehem tagħha fil-missjoni universali tal-Knisja bit-talb, bis-sagrifiċċju u b’għajnuna konkreta.

Intenzjoni tal-Isqfijiet
Għall-għalliema fl-iskejjel kollha biex l-Ispirtu s-Santu jieqaf magħhom fil-ħidma delikata ma’ wliedna

Settembru 2008

Il-fehmiet ta’ l-Apostolat tat-Talb  għall Settembru 2008

apostelshipofprayerlogo.jpgIntenzjoni Ġenerali

Biex kull min hu mġiegħel iħalli pajjiżu minħabba l-gwerra jew l-oppressjoni jsib l-insara lesti jiddefendu u jipproteġu d-drittijiet tiegħu.

Intenzjoni Missjunarja
Sabiex il-familji nsara, fidili għas-sagrament taż-żwieġ, ikabbru fis-soċjetà l-valuri ta’ l-imħabba u s-solidarjetà.

Intenzjoni tal-Isqfijiet
Biex l-operaturi pastorali fil-parroċċi jimtlew bl-entużjażmu biex jibdew sena oħra ta’ apostolat.

Awissu 2008

apostelshipofprayerlogo.jpgIntenzjoni Ġenerali
Biex il-familja umana tirrispetta l-pjan ta’ Alla għad-dinja u tagħraf il-ħolqien bħala rigal ta’ Alla għalina.

Intenzjoni Missjunarja
Biex il-poplu kollu ta’ Alla jitħeġġeġ ħalli jwieġeb kif imiss għas-sejħa li għandu għall-qdusija u għall-missjoni.

Intenzjoni tal-Isqfijiet
Biex l-anzjani u dawk li jinsabu weħidhom isibu min ikun ġeneruż magħhom u ma jkunux imwarba.

Lulju 2008

Intenzjoni Ġeneraliapostelshipofprayerlogo.jpg

Biex jiżdiedu l-voluntiera għas-servizz tal-komunità nisranija.

Intenzjoni Missjunarja
Biex il-jum dinji taż-żgħażagħ fl-Awstralja jkebbes in-nar ta’ l-Imħabba Divina fil-qlub taż-żgħażagħ.

Intenzjoni tal-Isqfijiet
Biex matul is-sajf, dawk kollha li jieħdu l-mistrieħ isaħħu r-rabta tagħhom ma’ Alla u jaħsbu u jitolbu għal dawk li ma jistgħux jieħdu l-mistrieħ tagħhom.

Ġunju 2008

apostelshipofprayerlogo.jpgIntenzjoni Ġenerali

Biex l-insara jikbru fl-intimità ma’ Ġesù u jwasslu l-qawwa ta’ l-imħabba tiegħu lil kull min jiltaqgħu miegħu.

Intenzjoni Missjunarja
Biex permezz tal-Kungress Ewkaristiku fil-Kanada, l-insara jiskopru aħjar l-Ewkaristija bħala l-qalb tal-Knisja u l-għajn ta’ l-evanġelizzazzjoni.

Intenzjoni tal-Isqfijiet
Biex il-festi li niċċelebraw fil-parroċċi tagħna jkunu żmien ta’ qawmien spiritwali.

Mejju 2008

apostelshipofprayerlogo.jpgIntenzjoni Ġenerali
Ħalli l-insara jagħrfu jinqdew bil-letteratura, l-arti u l-“mass media” biex jiddefendu u jippromwovu l-valuri tal-persuna umana.

Intenzjoni Missjunarja
Biex il-Verġni Marija turi t-triq ta’ Kristu lill-missjunarji kif kienet tagħmel ma’ l-Appostli.

Intenzjoni tal-Isqfijiet
Biex il-familji tagħna japprezzaw il-valur tat-talb flimkien, speċjalment it-talba tar-Rużarju.