Archive for June, 2008

L-ewwel Ġimgħa tax-Xahar għall-Professjonisti f’Għawdex

Il-Moviment Gradwati Għawdxin jistieden lill-gradwati u l-membri tal-professjonijiet kollha (anki koppji) għall-Quddiesa ta’ l-ewwel Gimgħa tax-xahar fl-4 ta’ Lulju, ċelebrata minn Dun Joseph Mercieca.

Iktar dettalji minn hawn

L-Isqof Mario Grech jiftaħ is-Sena Pawlina fid-Djoċesi ta’ Għawdex

Iktar ritratti 

Il-bieraħ, is-Sibt 28 ta’ Ġunju 2008, l-Isqof Mario Grech fetaħ uffiċċjalment is-Sena Pawlina fid-Djoċesi ta’ Għawdex. Iċ-ċelebrazzjoni tal-ftuħ tas-Sena Pawlina saret fil-parroċċa bażilika tan-Nadur, iddedikata lill-Appostli Pietru u Pawlu, li kienet qed tiċċelebra l-festa parrokkjali ad unur tal-qaddisin patruni. Flimkien ma’ l-isqof issieħbu l-kapitlu tal-Kolleġġjata tal-Bażilika, il-Kappillani, xi saċerdoti u reliġjużi, u diversi lajċi minn parroċċi Għawdxin, u speċjalment il-komunita’ parrokkjali tan-Nadur.

Continue reading >>

INDULĠENZA PLENARJA MARBUTA MAS-SENA PAWLINA - DJOĊESI TA’ GĦAWDEX

Digriet Indulġenza Plenarja - Format PDF

Arma IsqofMARIO GRECH

GĦAL-GRAZZJA T’ALLA U TAS-SEDE APOSTOLIKA

ISQOF T’GĦAWDEX

Digriet

dwar l-Indulġenza Plenarja fl-okkażjoni tas-Sena Pawlina

Continue reading >>

FUQ IL-PASSI TA’ MISSIERNA SAN PAWL
Ittra Pastorali Sena Pawlina 2008-2009

Sena Pawlina LogoIttra Pastorali mill-E.T. Mons. Pawl Cremona O.P. Arċisqof ta’ Malta u mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech Isqof ta’ Għawdex fl-okkażżjoni tas-Sena Pawlina 2008-2009

“Agħmlu ħbieb ma’ Alla!”
Meditazzjoni ta’ l-Isqof Mario Grech waqt Velja ta’ talb, Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù (26 ta’ Ġunju 2008)

Bi tħejjija għall-ordinazzjoni ta’ tliet djakni li ser issir fil-Katidral tad-djoċesi t’Għawdex il-Ġimgħa fis-6.00 p.m., 27 ta’ Ġunju, il-Ħamis filgħaxija Mons Isqof Mario Grech mexxa Velja ta’ talb fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù li għaliha attendew insara minn diversi parroċċi t’Għawdex.

Fil-meditazzjoni li għamel, l-Isqof Grech ħeġġeġ lit-tliet seminaristi li ser jirċievu d-djakonat biex “jagħmlu ħbieb ma’ Alla”, għaliex is-sejħa u l-missjoni tas-saċerdot hija qabel kollox li jkun raġel ħabib t’Alla. Din il-ħbiberija m’Alla hija waħda esklussiva u dejjiema. Huwa fatt li s-soċjetà llum mhix mixtieqa jew nieqsa minn organizzaturi u operaturi soċjali, imma għandha għatx għall-bniedem t’Alla. Jekk is-saċerdot jgħix f’din ir-relazzjoni ta’ ħbiberija m’Alla jkollu aktar assigurazzjoni li jkun awtentiku f’dak li jgħid jew jagħmel. Barra minn hekk, il-ħbiberija m’Alla fi Kristu tagħti lis-saċerdot il-qawwa u l-kostanza f’dawk il-mumenti meta ħaddiehor iħallih waħdu jew meta ma jkunx mifhum. Saċerdot li jagħmel ħbieb m’Alla, jgħin lil oħrajn ikunu ħbieb t’Alla, u min huwa ħabib m’Alla jirbaħ kull xkiel li jfixklu milli jibni l-ħbiberija ma’ ħutu l-bnedmin.

It-tliet ordinandi huma Anthony Bajada, Joseph Curmi u Richard N. Farrugia, it-tlieta mill-parroċċa tax-Xagħra.

Bullettin tal-Ħadd - 29 ta’ Ġunju 2008

Bullettin Front Cover

Bullettin ta’ 13 il-Ħadd matul is-sena (Sena A).  Fl-okkażżjoni tas-Sena Pawlina, id-Djoċesi ta’ Għawdex, flimkien mal-Bullettin qed ukoll toħrog sensiela ta’ Katekezi dwar San Pawl.

Nhar is-Sibt tiftaħ is-Sena Pawlina Fid-Djoċesi ta’ Għawdex

Poster Ftuh tas Sena Pawlina

Nhar is-Sibt 28 ta’ Ġunju 2008, lejliet is-solennita’ ta’ l-Appostli San Pietru u San Pawl, fid-Djoċesi ta’ Għawdex se jingħata bidu għas-Sena Pawlina li se tkun iċċelebrata fil-Knisja Universali, bejn id-29 ta’ Ġunju ta’ din is-sena u d-29 ta’ Ġunju 2009, biex jitfakkar għeluq l-2000 sena mit-twelid ta’ l-Appostlu Missierna San Pawl.

Continue reading >>

Lulju 2008

Fil-ħarga ta’ Lulju nsibu informazzjoni dwar manifestazzjoni Marjana li ser issir f’Marsalforn favur Ambjent Moralment Nadif. Insibu wkoll dettalji dwar pellegrinaġġ Djoċesan għal fuq il-gżejjer ta’ San Pawl li ser issir f’Awissu.