PowerPoint Presentation
Kalendarju Missjoni Djoċesana
Tagħrif dwar il-Missjoni Djoċesana
A. Introduzzjoni
Wara riflessjoni fuq il-Kelma ta’ Alla, kif ukoll fuq is-sitwazzjoni reliġjuża tad-djoċesi, l-Isqof flimkien mal-equipe pastorali, il-Kulleġġ tal-Kappillani, eċċ, ħaseb biex fl-okkażjoni tas-Sena Pawlina iniedi Missjoni Djoċesana.
B. L-Iskop
a. Biex l-insara tal-gzira, ikollhom l-opportunità li jerġgħu jgħixu l-ġrajja tax-xandir tal-Aħbar it-Tajba mwassla minn Pawlu.
b. Biex jerġgħu jagħrfu s-sbuħija tal-ħajja tad-dixxipli ta’ Ġesù.
c. Biex jerġgħu jagħżlu b’konsapevolezza u rieda li jħobbu lil Ġesu’, jieħdu sehem aktar attiv fiċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija u jkomplu l-formazzjoni nisranija tagħhom.
C. F’hiex tikkonsisti
1. Mill-5 ta’ Ottubru sal-5 ta’ Diċembru – Żmien ta’ Smigħ u Formazzjoni
a. Ftuħ tal-Missjoni u tal-Fażi Formattiva – fl-10 ta’ Ottubru.
b. Kull parroċċa toffri numru ta’ Lajċi li jistgħu jkunu missjunarji.
c. Isiru serje ta’ 9 laqgħat ta’ preparazzjoni, waħda djoċesana u l-oħra parrokkjali.
2. Mill-4 sal-25 ta’ Jannar – Żmien ta’ Missjoni u Tħabbira
a. Liturġija tal-Mandat: 4 ta’ Jannar 2009.
b. Il-lajċi ffurmati, tnejn tnejn, jiġu mibgħuta fil-familji, biex iwasslu l-aħbar sabiħa ta’ Ġesù Salvatur.
c. Il-Missjoni ssir fil-parroċċi kollha fuq bażi ta’ tliet ġimgħat.
3. Mill-25 ta’ Frar sal-5 ta’ April – Żmien ta’ Konverżjoni u Ċelebrazzjoni
a. L-eżerċizzi tar-Randan ikunu marbutin mal-Missjoni
b. Isiru ċelebrazzjonijiet djoċesani u parrokkjali marbuta mal-Missjoni
4. Mit-12 ta’ April sat-30 ta’ Mejju – Żmien ta’ Ringrazzjament u Proposti
a. It-tberik ikompli jwettaq il-preżenza ta’ Ġesù fil-familja, mibdija mill-missjunarji.
b. Il-kappillan jista’ jiproponi lill-familji okkażjonijiet konkreti ta’ katekeżi, fejn dawn jistgħu jkomplu jikbru fil-mixja tal-fidi.
D. Biex il-Missjoni tkun possibli
1. It-talb: Il-Missjoni titwieled fit-talb, titwettaq fit-talb u twassal għat-talb.
2. Is-sehem tal-Kappillan, Saċerdoti u Reliġjużi.
3. Is-sehem tal-lajċi (speċjalment dawk impenjati).
4. Strutturi djoċesani u parrokkjali
E. Frott tal-Missjoni
1. Hija okkażjoni oħra biex inħaddmu l-ministeri tagħna bi spirtu ekkleżjali f’għaqda mal-Isqof u mal-Knisja f’Għawdex.
2. Aktar nies fil-parroċċi tagħna iħossu l-bżonn li jieħdu sehem attiv fl-Ewkaristija tal-Ħadd u fil-laqgħat tal-formazzjoni.
3. Aktar lajċi jkunu jistgħu jgħixu l-kariżmi tagħhom bħala ministeru fil-Knisja u biex jgħinuna fil-formazzjoni nisranija tat-tfal, żgħażagħ u adulti.