Archive for the '2009' Category

MANIFESTAZZJONI MARJANA FAVUR AMBJENT MORALMENT NADIF
Media Release - Segretarjat ghall-apostolat tal-Lajci

Id-Djocesi t’Ghawdex, permezz tal-Ghaqdiet Kattolici, qieghda torganizza l-Manifestazzjoni Marjana annwali nhar il-Hamis 23 ta’ Lulju f’Marsalforn mis-7.30 pm bl-iskop li tinghata qima publika lill-Madonna waqt li tintwera l-importanza li nirsistu favur ambjent moralment nadif.
Il-publiku hu mitlub jingabar fi Triq il-Wied fejn ikun hemm siggijiet ghal kulhadd. Wara Ruzarju meditat u animat bil-kant, Mons Isqof Mario Grech imexxi Quddiesa li fiha jaghti l-messagg tieghu.

MARIAN CELEBRATION TOWARDS A MORALLY STRONG ENVIRONMENT

The annual Diocesan Marian Manifestation is being held at Marsalforn on Thursday 23rd July with the aim of giving public praise to Our Lady, while emphasising the importance of living in a morally sane environment.
The general public is invited to be seated by 7.30 pm in Valley Road for an animated Rosary, followed by a Mass led by Bishop Mario Grech during which he will deliver his message.

Ġublew tal-fidda tas-Saċerdozju ta’ Mons Isqof Mario Grech

l-Gimgħa 26 ta’ Gunju, 2009 l-Isqof t’Ghawdex Mons. Mario Grech mexxa quddiesa pontifikali fil-Katidral t’Ghawdex fl-okkażjoni tal-25 sena mill-ordinazzjoni sacerdotali tieghu. Flimkien miegħu kkonċelbraw in-Nunzju Apostoliku għal Malta Mons. Tommaso Capputo, l-Arċisqof Pawl Cremona, u l-Isqfijiet Emeriti Gużeppi Mercieca u Nikol G. Cauchi.

Continue reading >>

ORDINAZZJONI TAD-DJAKONAT

djakni_2009-debono_noel-grech_maximillian.jpg

Għada t-Tlieta, 23 ta’ Ġunju 2009  Mons Isqof Mario Grech ser jmexxi konċelebrazzjoni solenni fil-Katidral li fiha ssir l-Ordinazzjoni tad-Djakonat tas-seminaristi Noel Debona mill-parroċċa tan-Nadur u Maximilian Grech mill-parroċċa tal-Kattidral.  Il-ħin ikun fil-5.30 p.m.

L-insara tad-Djoċesi huma msejjħa biex joffru t-talb tagħhom għal dawn il-kandidati li ser jersqu biex jirċievu l-ordni tad-Djakonat u biex jieħdu sehem f’din iċ-ċelebrazzjoni.

TLIET SAĊERDOTI ĠODDA

ordinazzjoni-presbiteri-2009.jpg

Nhar is-Sibt li għadda, 13 ta’ Ġunju, Mons Isqof Mario Grech mexxa quddiesa solenni li fiha amministra s-Sagrament tal-Ordni Sagri lil tliet presbiteri ġodda: Dun Anthony Bajada, Dun Joseph Curmi u Dun Richard Nazzareno Farrugia (fir-ritratt mix-xellug jidhru s-saċerdoti ġodda ma’ Mons Isqof Mario Grech wara l-quddiesa tal-ordinazzjoni). It-tliet saċerdoti novelli huma mill-Parroċċa tat-Twelid tal-Madonna, Xagħra.

Il-Knisja f’għawdex tiilqa’ bil-ferħ lil dawn is-saċerdoti ġodda, u filwaqt li tkompli titlob għalihom u għal aktar vokazzjonijiet, tawguralhom ħidma fejjieda fil-għalqa tal-Mulej.

Appell għal aktar Responsabbiltà u Trasparenza
Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent

 English Version

Maltese Version

Bħalma tħabbar fit-22 ta’ Mejju, l-Konferenza Episkopali Maltija  ħasset li wasal iż-żmien li l-Kummissjoni Ambjent, tiżviluppa f’waħda interdjoċesana, jiġifieri li tkun responsabbli wkoll mid-djoċesi ta’ Għawdex. Il-KA tixtieq tirringrazzja lill-Isqfijiet ta’ dawn il-gżejjer tal-fiduċja li wrew fil-ħidma tagħna, kif ukoll lil dawk kollha li matul dawn l-aħħar snin esprimew ix-xewqa li jseħħ dan l-iżvilupp.Aħna mwegħdu li l-impenn tagħna ser ikun l-istess bħal qabel. Infatti bħala l-ewwel pass f’dan l-iżvilupp, il-KA ser tħejji pjan ta’ ħidma li issa ser jinkludi lil Għawdex.

Il-KA ma tixtieqx tħalli din l-okkazjoni tgħaddi mingħajr ma tagħmel dan l-appell  dirett lejn kull individwu – kulħadd skont ir-rwol li għandu fis-soċjetà. Spiss in-nuqqas ta’ qbil f’diversi kwistjonijiet ambjentali fil-gżejjjer tagħna (li huma tant limitati fir-riżorsi ambjentali tagħhom), jaraw il-bidu tagħhom min-nuqqas ta’ fiduċja bejn il-partijiet involuti. Dan iwassal għal kunflitt b’mod li, minflok isiru tentattivi sabiex jinstab ftehim (li fih tirbaħ kull naħa), tinħela ħafna enerġija f’pika u kontroversji. Sitwazzjonijiet bħal dawn imorru ’lil hinn mit-twettiq tal-ġid komuni u jostakolaw il-progress sostenibbli ta’ pajjiżna. Is-soluzzjoni għal dawn il-konflitti tinsab f’impenn akbar lejn ir-responsabbiltà u t-trasparenza fl-operat ta’ KULL min hu nvolut fl-ambjent (mill-għola awtorità tal-pajjiż sa’ kull ċittadin) b’mod li dan ikun irid jagħti kont lis-soċjetà għal għemilu.

Continue reading >>

Ordinazzjoni tal-Presbiterat fid-Djoċesi ta’ Għawdex

 

Nhar is-Sibt  13  ta’  Ġunju 2009,  fil-Kattidral ta’ Għawdex ser issir l-Ordinazzjoni tal-Presbiterat minn Mons Isqof Mario Grech.  Il-ħin ikun fis-6.30pm.

Dawk li ser jiġu ordnati saċerdoti huma Anthony Bajada, Joseph Curni u Richard Farruġia mill-parroċċa ta’ Marija Bambina, Xagħra.

Bi preparazzjoni għal-Ordinazzjoni tal-Presbiterat ser issir Velja ta’ Talb fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesu, nhar il-Gimgħa 12 ta’ Ġunju 2009, fid-9.00 p.m

L-insara tad-Djoċesi huma mħeġġa li jieħdu sehem u bil-qalb joffru t-talb tagħhom għal-dawn il-kandidati li ser jirċievu l-Ordni tal-Presbiterat.

Ordinazzjoni ta’ Presbiteri u Djakni

ordinazzjoni_poster.jpg

Il-Ġimgħa, 12 ta’ Ġunju - Velja ta’ Talb fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Gesu fid-9.00 p.m.
Is-Sibt, 13 ta’ Ġunju - Ordinazzjoni ta’ Presbiteri fil Knisja Katidrali fis-6.30 p.m.
It-Tlieta, 23 ta’ Ġunju - Ordinazzjoni ta’ Djakni fil-Knisja Katidrali fil-5.30 p.m.

 

STQARRIJA GHALL ISTAMPA TAL-KULLEĠĠ TAL-KAPPILLANI TA’ MALTA
Uffiċċju Stampa, Kurja ta’ L-Arċisqof, Floriana

Il-Kulleġġ tal-Kappillani ta’ Malta esprima d-diżapprovazzjoni tiegħu għall-att vandalu li sar fuq il-Kurja tal-Isqof ta’ Għawdex u għall-insulti li saru kontra l-Isqof stess.  Huma juru s-solidarjeta’ sħiħa mal-Isqof Mario Grech u jwegħduh it-talb tagħhom biex ikompli bil-ħidma dedikata tiegħu bħala Ragħaj tad-Djoċesi ta’ Għawdex u jkompli jaħdem għall-ġid tal-Knisja f’Għawdex.