MONS ISQOF MARIO GRECH FL-OKKAZZJONI TAL-‘POLICE DAY’

Nhar il-Gimgha 10 ta’ Lulju fl-okkazzjoni tal- “Police Day”, l-Isqof t’Ghawdex Mons Mario Grech mexxa quddiesa koncelebrata fil-Kwartieri Generali tal-Pulizija. Fl-omelija tieghu l-Isqof Grech wassal dan il-messagg:

“Fis-socjeta taghna ghandna hafna kuntrasti bejn dwal u dlamijiet! Ghall-bniedem li huwa nieqes mid-dawl interjuri, hajtu mhux biss hija disorjentata, imma tkun f’riskju.

Xi uhud ihobbu d-dlam aktar mid-dawl ghax l-ghemil taghhom huwa hazin. Min mdorri jaghmel ghazliet zbaljati ghandu diffikulta biex f’hajtu jilqa d-dawl. Imbaghad, jezistu organizazzjonijiet u sistemi li jaqblilhom li jzommu lil bniedem fid-dlam.

Quddiem din ir-realta, is-socjeta ghandha d-dmir li tipprovdi gwida biex ic-cittadini jkunu “ulied id-dawl” u jghixu hajja umanament dinjituza. Din il-gwida ghandha tkun offruta mill-ligijiet tal-pajjiz. Il-Pulizija huma l-gwardjani li, hafna drabi b’sagrificcju personali u familjari, jaraw li dawn in-normi huma rispettati.

Ma humiex il-ligijiet li jfasslu l-hajja tal-bniedem, imma hija l-hajja umana l-ghajn tal-ligijiet. Il-ligijiet u l-applikazzjoni taghhom huma strument biex il-hajja tal-persuna tkun rispettata mit-tnissil sal-mewt naturali.

Bhal fiz-zmien il-moviment illuminista, ir-raguni umana kienet ghodda valida biex il-bniedem kiseb id-dawl, hekk ukoll llum l-bniedem jista bir-raguni jiddistingwi bejn id-dawl u d-dlam.

Imma certi ghazliet irrazjonali ta zmienna jikkonfermaw li bil-fakulta tar-raguni wahidha, mhux dejjem hemm garanzija li l-bniedem jaghzel l-ghemejjel tad-dawl minn dawk tad-dlam!

F’dan in-nisrani jsib l-ghajnuna tal-kelma ta Kristu li huwa “id-dawl tad-dinja u nin jimxi warajh ma jimxix fid-dlam imma jkollu d-dawl tal-hajja (Gw 8.13).

Ghalhekk ghall-pulizija li xogholu huwa li jghin lis-socjeta thobb id-dawl, Kristu huwa gwida u ghajuna kbira.