Archive for the '2008' Category

Għalija li ngħix huwa Kristu… U Għalik?
Attività għall-pubbliku organizzata mis-Soċjetà tal-Museum fi Pjazza Santu Wistin fir-Rabat Għawdex

attivita-ghawdex-poster.jpg

Is-Soċjetà tal-MUSEUM tistieden lill-pubbliju għall-attività “Għalija li ngħix huwa Kristu”. Din ser issir fi Pjazza Santu Wistin u fil-ġnien tal-Kunvent tal-Agostinjani, fir-Rabat Għawdex bejn it-12 u l-14 ta’ Settembru, kuljum mis-6.30p.m. sad-9.30p.m.

L-attività tinkludi diversi stands li joffru “attrazzjonijiet” varji: tagħrif dwar is-Soċjetà u dwar San Ġorġ Preca, talb u esperjenzi ta’ talb, possibiltà ta’ adorazzjoni ewkaristika fis-skiet, direzzjoni spiritwali, qrar… u tant affarijiet oħra.

Niżżel programm ta’ l-attivitajiet minn hawn

L-Għaqda ma’ Kristu fl-ewwel Ġimgħa tax-Xahar għall-Professjonisti f’Għawdex

Il-Moviment Gradwati Għawdxin jistieden lill-gradwati u l-membri tal-professjonijiet kollha (anki koppji) għall-Quddiesa tal-ewwel Ġimgħa tax-Xahar fil-5 ta’ Settembru, ċelebrata minn Fr Mark Demanuele MSSP.

Bħas-soltu ssir fil-knisja ta’ Santu Wistin (Victoria) fit-8.30 pm - ħin tard fl-għaxija biex jippermettilhom taħtfu din l-opportunita’ u jsegwu omelija speċifikament  għalihom.  Inħass li jkun xieraq li, matul din is-sena speċjali, jittieħdu temi mit-tagħlim li ħallielna San Pawl. Din id-darba ntgħażlet “Dejjem Magħqudin ma’ Kristu”, bi spunt mill-versett  “Għax jiena żgur li la l-mewt u la l-ħajja, la l-anġli u la l-qawwiet, la ż-żmien t’issa u la ta’ li ġej, la setgħat, la l-għoli u lanqas il-fond, u ebda ħliqa oħra ma jistgħu qatt jifirduna mill-imħabba ta’ Alla li dehret fi Kristu Ġesù Sidna” (ittra lir-Rumani, kap 8:39-39).

Mit-8.15 ikun hemm il-possibilta’ tal-Qrar.

Continue reading >>

Rector of Ta’ Pinu National Sanctuary to deliver speech at 22nd Mariological International Congress

mariancongress.jpgFr. Gerard Buhagiar, Rector of Ta’ Pinu National Sanctuary, will be one of the speakers at the 22nd Mariological Marian International Congress being held Lourdes.

This Congress is being held between 4th and 8th September as part of the festivities to mark the 150 anniversary from the apparition of the Blessed Virgin Mary in Lourdes.  The Congress theme is “The apparitions of the Blessed Virgin Mary. In history, faith and theology”.  Fr Buhagiar’s speech is entitled “The message of the Shrine of Ta’ Pinu in Malta” and will be delivered on the 6th September.

Download full program from here

IL-FAMILJA ‘GYMNASIUM’ U SKOLA TAL-IMĦABBA

Nhar il-Ħamis li għadda, 28 t’Awwissu 2008, l-Isqof Mario Grech kien mistieden jieħu sehem fil-festa ta’ San Ġiljan, Malta li tiġi ċċelebrata fil-parroċċa ddedikata lill-istess qaddis. Waqt il-quddiesa, l-Isqof Grech għamel din l-omelija (siltiet):

“Kull bniedem għandu bżonn li jkun maħbub u jħobb. Imma minkejja dan il-bżonn naturali, nosservaw ħafna diżordni fil-ħajja personali, familjari, u soċjali.

Continue reading >>

“Pawlu – X’wiċċ kellu?!”
Konferenza dwar l-Ikonografija ta’ San Pawl

ikonasanpawl.jpg

 

Fl-okkażjoni tas-Sena Pawlina, se ssir taħdita dwar kif żviluppat l-ikonografija ta’ San Pawl mill-ewwel żminijiet tal-Knisja sal-lum.

It-taħdita se ssir minn Fr Gino Gauci, Lecturer fl-Università ta’ Malta, fis-Sala tal-Konferenzi ta’ Santu Wistin, Rabat, Għawdex, nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Settembru 2008, fis-6.30p.m.

L-Edukazzjoni tal-bniedem sħiħ

Fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Marija, iċċelebrata llum il-Ħadd, 24 t’Awwissu 2008, fil-parroċċa taż-Żebbuġ, Għawdex, l-Isqof Mario Grech mexxa quddiesa pontifikali u fl-omelja tkellem dwar l-edukazzjoni tal-bniedem sħiħ.

Dan li ġej huwa ġabra fil-qosor tal-messaġġ tal-Isqof Grech.

“F’epoka meta mhumiex ftit dawk li qed jaqtgħu qalbhom mill-futur, hemm bżonn inkunu aktar konvinti li l-ġejjieni tal-bnedmin qiegħed f’idejn dawk li għandhom il-ħila jagħtu lill-ġenerazzjonijiet li ġejjin raġunijiet ta’ ħajja u ta’ tama. Dan is-servizz jista’ u għandu jingħata minn dawk involuti fil-proċess edukattiv tal-ġenerazzjoni tal-lum għax mill-edukazzjoni li tingħata tiddependi l-kwalità ta’ ħajja tal-persuna u tas-soċjetà.

Continue reading >>

Il-ġmiel taż-żwieġ u tal-familja

Messaġġ ta’ Mons Isqof Mario Grech waqt l-omelija tal-Pontifikal fis-Solennità tal-Assunta, Knisja Katidrali, Rabat, Għawdex (Il-Ġimgħa 15 t’Awwissu 2008)

Kull deċiżjoni jew għażla li nagħmlu fil-ħajja personali, familjari u soċjali, tiddependi minn xi twemmin għandna dwar il-bniedem. L-antropoloġija postmoderna hija dgħajfa minħabba l-ideat konfużi li għandna dwar il-bniedem u dwar Alla. Sfortunatament, hemm min itenni li wieħed jista’ jafferma lill-bniedem biss meta jiċħad lil Alla.

Continue reading >>

Pellegrinaġġ Djoċesan għal fuq il-Gżejjer ta’ San Pawl

Pellegrinaġġ Djoċesan għal fuq il-Gżejjer ta’ San Pawl

(f’kollaborazzjoni mal-Parroċċa ta’ San Pawl il-Baħar, Malta)

pellegrinagg_djocesan.jpg

L-Erbgħa 20 ta’ Awwissu 2008

Tluq mal-vapur tal-4.30p.m.
Lura mal-vapur tal-9.45p.m.

Biljetti mill-parroċċi (sas-Sibt 16 t’Awwissu).

Ikun hemm it-trasport bil-lanċa minn San Pawl il-Baħar għal fuq il-Gżejjer ta’ San Pawl.
Hemm il-possibiltà tar-rebħ ta’ l-Indulġenza Plenarja, skond il-kundizzjonijiet tas-soltu.