Archive for the '2008' Category

Ftuħ tas-Sena Soċjali tal-Azzjoni Kattolika f’Għawdex

Iktar ritratti

Nhar is-Sibt 18 ta’ Ottubru 2008, l-Azzjoni Kattolika f’Għawdex tat bidu għas-Sena Soċjali ġdida, b’ċelebrazzjoni li saret fid-Dar Ċentrali fir-Rabat. It-tema ġenerali għas-Sena Soċjali 2008-2009 hi: “L-imħabba ta’ Kristu ġġeddidna”, u hi marbuta mal-motto tal-Missjoni Djoċesana li qed tiċċelebra d-Djoċesi: “L-imħabba ta’ Kristu ssuqna” (2 Kor 5,14). Wara li Mons Karm Hili, Assistent Ekkleżjastiku Djoċesan, mexxa t-talb tal-bidu, il-President Djoċesan Manuel Saliba tkellem dwar is-sehem tal-Azzjoni Kattolika fil-ħidma tad-Djoċesi. Imbaghad il-President Ġenerali, is-Sinjura Joyce Pullicino, li mexxiet delegazzjoni minn Malta, għamlet it-tislima tagħha u introduċiet lill-Assistent Ekkleżjastiku Ġenerali l-Ġdid: Mons Paul Vella.

Continue reading >>

BIEX NEVITAW L-ANARKIJA

Nhar il-Ħadd filgħodu, 5 ta’ Ottubru 2008, l-Isqof t’Għawdex Mons Mario Grech mexxa konċelebrazzjoni fl-okkażjoni tal-ewwel ċentinarju mit-twaqqif tal-Assoċjazzjoni tal-Iscouts fil-gzejjer Maltin. Għadd kbir ta’ Scouts minn Malta u Għawdex kienu preżenti għal din il-quddiesa li saret fil-gym tas-Seminarju fir-Rabat, Għawdex.

Fl-omelija tiegħu l-Isqof Grech wassal dan il-messaġġ:

Continue reading >>

L-ARĊISQOF SE JIEĦU SEHEM FL-ASSEMBLEA TA’ L-ISQFIJIET EWROPEJ U S-SINODU TA’ L-ISQFIJIET

Mons. Arċisqof Pawl Cremona O.P. għada, it-Tlieta, 30 ta’ Settembru 2008, se jmur l-Ungerija fejn se jingħaqad mal-Presidenti tal-Konferenzi Episkopali ta’ l-Ewropa għal Assemblea Plenarja tal-Kunsill tagħhom (CCEE) li se ssir f’Budapest, mit-30 ta’ Settembru sat-3 ta’ Ottubru 2008.  Minnufih wara l-Assemblea fl-Ungerija, Mons. Arċisqof imur Ruma fejn se jieħu sehem f’Sinodu ta’ l-Isqfijiet.

Niżżel il-komunikat għall-media (maħruġ mill-Uffiċċju Stampa, Kurja Arċisqof, Malta)

SEMINAR TAL-KAPPILLANI GĦAWDXIN

pressreleaselogo.jpgMit-Tlieta sal-Ħamis ta’ din il-ġimgħa (23-25 ta’ Settembru 2008) il-Kappillani tad-Djoċesi ta’ Għawdex,  flimkien mal-Isqof Mario Grech u s-Segretarju Pastorali, qed jieħdu sehem f’seminar residenzjali annwali bħala parti mill-formazzjoni kontinwata tagħhom.

Matul dan is-seminar qed isiru riflessjonijiet u eżerċizzi dwar attitudnijiet u stili ta’ tmexxija, bil-għan li dan jgħinhom fit-twettiq tal-ministeru pastorali tagħhom.

Is-seminar, li qed jinżamm għand is-Sorijiet tas-Saint Joseph, qed jitmexxa minn Fr Alfred Darmanin S.J.

SERVIZZ TAL-ABBATINI FIL-VATIKAN - SAJF 2009

piccoloclero.jpg1.    Jistgħu japplikaw l-Abbatini li twieldu bejn l-1995 u 1997 u li qatt ma għamlu l-imsemmi servizz liturġiku f’San Pietru.
2.    Wieħed irid ikun ilu Abbati ta’ l-inqas sitt xhur, li tulhom ikun attenda għal-laqgħat u għas-servizzi liturġiċi u jkollu mġiba tajba fil-Knisja u barra.
3.    Din is-sena għandhom jintgħażlu erba’ abbatini minn Għawdex. Jekk aktar minn Abbati wieħed li jservi fl-istess parroċċa jgħaddi mill-eżami, jintgħazel biss min iġib l-iżjed marki. L-Abbati li jitħalla barra minħabba f’hekk, is-sena ta’ wara hu obbligat għal-laqgħat ta’ tħejjija.
4.    L-Abbati jrid jattendi għal-laqgħat li jsiru bi tħejjija u jġib ruħu sew. Min ifalli żewġ laqgħat bla raġuni valida jitqies li ma jridx ikompli t-tħejjija.

Continue reading >>

Leħen is-Sewwa - 80 SENA TA’ ĠURNALIŻMU KATTOLIKU

lehen80sena01.jpg

English Version

Mons. Arċisqof Pawl Cremona O.P., nhar l-Erbgħa 24 ta’ Settembru 2008, fis-6.30 p.m se jmexxi Quddiesa Konċelebrata ta’ Radd il-Ħajr fil-knisja parrokkjali ta’ San Publju, Floriana, fl-okkażjoni ta’ għeluq it-80 sena ta’ Ġurnaliżmu Kattoliku ta’ Leħen is-Sewwa.
Wara l-introduzzjoni tal-libertà tal-istampa f’Malta fl-1839, fix-xena lokali dehru diversi ġurnali ispirati mill-ideali Nsara kemm bit-Taljan kif ukoll bil-Malti. Iżda minħabba raġuni jew oħra, dawn ma tantx kellhom ħajja twila.
Continue reading >>

STORJA TINKITEB MINGĦAJR ALLA?

Dalgħodu (it-Tnejn 8 ta’ Settembru 2008), fl-okkażjoni tal-festa ta’ Marija Bambina ċċelebrata fix-Xagħra, Għawdex, l-Isqof Mario Grech mexxa quddiesa pontifikali u fl-omelija huwa tkellem dwar id-dmir tan-nisrani li jieħu sehem attiv fin-nisġa tal-istorja ta’ pajjiżna. Din hija ġabra fil-qosor tal-omelija tiegħu:

“Kull jum qed tinkiteb l-istorja ta’ ġensna. Aktar minn kronoka ta’ ġrajjiet, l-istorja hija t- traduzzjoni ta’ viżjoni spiritwali u morali tar-realtà fl-esperjenza. Meta wieħed jażżarda jmiss dawn il-valuri, ikun qed jattakka l-integrità ta’ dan il-poplu u jikteb storja sewda.

Continue reading >>

DJALOGU
Silta mill-omelija ta’ Mons Isqof Mario Grech
Bazilika Marija Bambina, Isla - 4 ta’ Settembru 2008

Il-bieraħ (il-Ħamis 4 ta’ Settembru 2008) Mons Isqof Mario Grech mexxa konċelebrazzjoni fil-Bażilika ta’ Marija Bambina (l-Isla, Malta) mal-komunità parrokkjali li kienet qed tfakkar is-87 sena mill-Inkurunazzjoni tal-Bambina. Dan li ġej huwa ġabra fil-qosor tal-omelija*:

Għalkemm kotru l-mezzi tal-komunikazzjoni kemm dawk soċjali kif ukoll dawk personali, illum id-djalogu bejn il-bnedmin ftaqar ħafna. Effett ta’ dan, hemm riskju li tiżdied id-diżordni u l-konfużjoni fil-ħajja taż-żwieġ u tal-familja, fil-ħajja soċjali u fil-ħajja ekkleżjali.

Continue reading >>