Mit-Tlieta sal-Ħamis ta’ din il-ġimgħa (23-25 ta’ Settembru 2008) il-Kappillani tad-Djoċesi ta’ Għawdex, flimkien mal-Isqof Mario Grech u s-Segretarju Pastorali, qed jieħdu sehem f’seminar residenzjali annwali bħala parti mill-formazzjoni kontinwata tagħhom.
Matul dan is-seminar qed isiru riflessjonijiet u eżerċizzi dwar attitudnijiet u stili ta’ tmexxija, bil-għan li dan jgħinhom fit-twettiq tal-ministeru pastorali tagħhom.
Is-seminar, li qed jinżamm għand is-Sorijiet tas-Saint Joseph, qed jitmexxa minn Fr Alfred Darmanin S.J.