- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

SEMINAR TAL-KAPPILLANI GĦAWDXIN

Posted By admin On September 24, 2008 @ 5:08 am In 2008 | Comments Disabled

[1] pressreleaselogo.jpgMit-Tlieta sal-Ħamis ta’ din il-ġimgħa (23-25 ta’ Settembru 2008) il-Kappillani tad-Djoċesi ta’ Għawdex,  flimkien mal-Isqof Mario Grech u s-Segretarju Pastorali, qed jieħdu sehem f’seminar residenzjali annwali bħala parti mill-formazzjoni kontinwata tagħhom.

Matul dan is-seminar qed isiru riflessjonijiet u eżerċizzi dwar attitudnijiet u stili ta’ tmexxija, bil-għan li dan jgħinhom fit-twettiq tal-ministeru pastorali tagħhom.

Is-seminar, li qed jinżamm għand is-Sorijiet tas-Saint Joseph, qed jitmexxa minn Fr Alfred Darmanin S.J.


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2008/09/24/seminar-tal-kappillani-ghawdxin/

URLs in this post:
[1] Image: http://gozodiocese.org/wp-content/gallery/misc-pictures/pressreleaselogo.jpg

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.