Archive for the '2008' Category

It-tielet anniversarju tal-Pontifikat ta’ Benedittu XVI

benedict-xvi.jpgFl-okkażjoni tat-tielet anniversarju mill-ħatra tal-Papa Benedittu XVI, li jaħbat nhar is-Sibt li ġej 19 ta’ April, il-Knisja f’Għawdex se tfakkar din il-ġrajja permezz ta’ Quddiesa mmexxija mill-E.T. Mons. Arċisqof Tommaso Caputo, Nunzju Apostoliku, nhar il-Ħadd 20 ta’ April 2008 fis-Santwarju Madonna ta’ Pinu, fil-11.15a.m. L-insara lajċi huma mistiedna jipparteċipaw f’din il-quddiesa flimkien mas-saċerdoti, reliġjużi u persuni kkonsagrati. Nistiednu wkoll biex is-Sibt u l-Ħadd filgħodu jittellgħu l-bnadar fuq il-bjut b’sinjal ta’ rispett lejn il-Papa.

“Nisimgħu Leħen il-Maħbub”
Ċerimonja ta’ l-għeluq tal-45 Kungress tax-Xirka ta’ l-Isem Imqaddes t’Alla

Nhar il-Ħadd 6 ta’ April filgħaxija sar l-għeluq tal-45 Kungress Djoċesan tax-Xirka ta’ l-Isem Imqaddes t’Alla. Mill-25 ta’ Marzu sas-6 ta’ April, il-membri tax-Xirka wettqu diversi inizjattivi pastorali f’kollaborazzjoni mal-Parroċċa tax-Xewkija, fejn inżamm il-Kungress. Fost l-inizjattivi pastorali, ta’ min isemmi l-laqgħat għall-kategoriji, żjajjar fil-familji tat-tfal li ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina u l-Griżma ta’ l-Isqof, żjajjar lill-morda, żjajjar lill-istudenti fl-iskola primarja “Rosa Magro” tax-Xewkija, fl-MCAST u fl-Institute of Tourism Studies fix-Xewkija, żjajjar fl-iskejjel sekondarji u post-sekondarji tar-Rabat, u żjarat lill-morda u lill-anzjani fl-isptar u f’Dar Sant’Anna.

Continue reading >>

Nitlob maħfra

Stqarrija tal-Kurja ta’ Għawdex dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni mwaqqfa mill-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech biex tinvestiga allegazzjonijiet ta’ abbużi fiżiċi u psikoloġiċi fuq minorenni f’Lourdes Home.

English Version click here

3 ta’ April 2008pressreleaselogo.jpg

Għawdex – Lourdes Home

 

Nitlob maħfra

Fl-24 ta’ April 2006 waqqaft Kummissjoni biex tinvestiga allegazzjonijiet ta’ abbużi fiżiċi u psikoloġiċi fuq tfal fiż-żmien li huma għaddew f’Lourdes Home, immexxija mis-Sorijiet Dumnikani. Il-ħidma tal-Kummissjoni kellha l-iskop li tgħinni fil-Ministeru Pastorali tiegħi.

Continue reading >>

Inħarsu ‘l Uliedna mill-Perikli
Taħdita Soċjo-Edukativa organizzata mill-Azzjoni Kattolika

Ikun Imfaħħar Ġesu Kristu

AZZJONI KATTOLIKA

Dar Ċentrali
Triq Sir Arturo Mercieca
Victoria Għawdex

Media Release

 Bi pjaċir nistednukom għal Taħdita Soċjo-Edukativa:

Iċ-child safety officer Michelle Debono
se taqsam l-ideat tagħha dwar
Inħarsu ‘l Uliedna mill-Perikli
fid-Dar Ċentrali ta’ l-Azzjoni Kattolika
triq Sir Arturo Mercieca
nhar it-Tlieta 22 ta’ April fid-9 am.
L-udjenza jkollhom ukoll l-opportunita’ li jistaqsu u jiddiskutu

Utli u interessanti għal kulħadd: tħajru!

Continue reading >>

God’s Creation + Sustainability in the Mediterranean

sanpawl.jpg

An intensive
educational experience and conference
for regional seminaries
on promoting environmental stewardship

Il-kelma ta’ l-Isqof matul il-Ġimgħa Mqaddsa

gimghakbira3.jpgquddiesatazzejt3.jpgquddiesatazzejt4.jpgquddiesatazzejt6.jpg

Iktar ritratti minn hawn

MARIJA: XANDÂRA TAT-TAMA

Omelija waqt iċ-ċelebrazzjoni “Is-siegħa ta’ l-Omm”
Santwarju Ta’ Pinu - Sibt il-Għid (22 ta’ Marzu 2008)

INĦARSU LEJN MIN NIFDU

Ħsieb ta’ l-omelija ta’ l-Isqof Grech waqt il-liturġija tal-Ġimgħa l-Kbira li saret fil-Katidral t’Għawdex.

IL-MIDLUKA BIŻ-ŻEJT TAL-FERĦ

Omelija fl-okkażjoni tat-tberik taż-Żjut Imqaddsa
Katidral - Ħamis ix-Xirka (20 ta’ Marzu 2008)

ŻEWĠ FERITI TAS-SOĊJETÀ: L-INJORANZA RELIĠJUŻA U D-DROGA new_icons_17.gif

Omelija f’jum it-tifkira tad-Duluri ta’ Ommna Marija
Pjazza Indipendenza, Rabat (14 ta’ Marzu 2008)

Fr Fabio Attard SDB maħtur Kunsillier għall-Pastorali maż-Żgħażagħ tas-Soċjetà Salesjana

Continue reading >>

L-ewwel Gimgħa tax-Xahar għall-Professjonisti f’Għawdex

Il-Moviment Gradwati Għawdxin jistieden lill-gradwati u l-membri tal-professjonijiet kollha (anki koppji) għall-Quddiesa ta’ l-ewwel Gimgħa tax-Xahar fl-4 ta’ April.Din se titmexxa minn Mons Salvu Debrincat, Kancellier tal-Kurja, fil-knisja ta’ Santu Wistin (Victoria) fit-8.30 pm - ħin tard fl-għaxija biex jippermettilhom jahtfu din l-opportunita’ u jsegwu omelija specifikament ghalihom. Mit-8.15 ikun hemm il-possibilta’ tal-Qrar.

Continue reading >>