Fr Fabio Attard SDB maħtur Kunsillier għall-Pastorali maż-Żgħażagħ tas-Soċjetà Salesjana

“Naċċetta bl-umiltà kollha”, stqarr Fr Fabio Attard, il-Kunsillier il-ġdid għall-Pastorali maż-Żgħażagħ tas-Soċjetà Salesjana meta wieġeb għall-mistoqsija tal-President ta’ l-assembleja kaptilolari tal-Kongregazzjoni tas-Salesjani ta’ Don Bosco li ltaqgħet dan l-aħħar f’Ruma.

Fr Fabio Attard twieled ir-Rabat, Għawdex fit-23 ta’ Marzu 1959 u għamel il-professjoni salesjani nhar it-8 ta’ Settembru 1980 ġewwa Dublin, l-Irlanda fejn kien għamel ukoll in-novizzjat. Fr Fabio ġie ordnat djaknu f’Ruma fil-11 ta’ Lulju 1986, u ġie ordnat saċerdot fl-4 ta’ Lulju 1987.

Fost ħafna ħidmiet oħra, fl-2005 Fr Fabio Attard waqqaf l-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali ta’ l-Arċidjoċesi ta’ Malta, li tiegħu għadu d-direttur.

Minn din il-paġna nawguraw kull suċċess lil Fr Fabio Attard fil-ħidma ġdida tiegħu, filwaqt li nwegħduh it-talb tagħna.

Għal aktar tagħrif bit-Taljan:

http://www.infoans.org/1.asp?sez=1&sotSez=13&doc=2548&lingua=1