Illum, il-Ħamis 23 ta’ April, ingħatat l-aħbar li l-Kan. Anton Mejlak, mill-Parroċċa ta’ San Pietru u San Pawl, in-Nadur, għadu kemm ħalla din l-art biex mar fid-Dar tal-Missier.
Il-Kan Anton Mejlak kien residenti fid-Dar tal-Kleru (Malta).
Il-funeral se jsir għada l-Ġimgħa fiċ-Ċimiterju tan-Nadur. L-Isqof Mario ħa jkun jassistih waqt id-difna.
Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.