Hospice Malta
· September 26 ·
Thank you Gozo!!
This weekend Hospice Malta held its Annual Church collection in Gozo, in Conjunction with the Gozo Diocese, and we were able collect a very generous sum of €14,315.54! Money, which will help us to continue to sustain all those families who reach out to Hospice Malta for assistance.
A big thank you to everyone who chose to donate; thank you to each and every Parish and Church in Gozo who went out of their way to support us; and of course thank you to all the lovely volunteers who helped us make it all possible!
Grazzi mill-qalb!
Illum f’nofsinhar, il-Vatikan ħabbar il-ħatra mill-Q.T. il-Papa Franġisku ta’ Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, bħala Prosegretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet.
Aqra l-Istqarrija minn hawn: 1-st-13-2019-mten.pdf
Aqra l-Istqarrija tal-Isqfijiet Maltin: 107-press-call.PDF
Ara Messaġġ tal-Vigarju Ġenerali tad-Djoċesi ta’ Għawdex: messagg-lill-isqof-minn-mons-tarcisio-camilleri.pdf
Stqarrija tal-Kulleġġ tal-Kappillani ta’ Għawdex: stqarrija-kullegg-tal-kapillani-hatra-ta-mons-grech-bhala-prosegretarju-tas-sinodu.pdf
Is-Sinodu tal-Isqfijiet: 2-is-sinodu-tal-isqfijiet-profil-mten.pdf
Bijografija tal-Isqof Mario Grech: 3-bijografija-tal-isqof-mario-grech-mt.pdf
Ħjiel tal-Ministeru tal-Isqof Mario Grech: 4-ministeru-episkopali-tal-isqof-mario-grech-mt.pdf
UFFIĊĊJU KOMUNIKAZZJONI KURJA VESKOVILI TA’ GĦAWDEX
Stqarrija għall-Istampa [ST/12/2019]
9 ta’ Awwissu 2019
ŻJARA TAL-ISQOF GIOVANNI CEFAI MSSP FID-DJOĊESI TA’ GĦAWDEX
L-E.T. Mons. Giovanni Cefai MSSP, li fit-22 ta’ Ġunju li għadda, Festa tas-Sejħa tal-Madonna Ta’ Pinu, ġie kkonsagrat Isqof fil-Katidral ta’ Arequipa, il-Perù, jasal Malta llum il-Ġimgħa 9 ta’ Awwissu, għall-ewwel żjara tiegħu minn meta ġie maħtur mill-Papa Franġisku bħala lewwel Isqof tal-Prelatura Territorjali ġdida ta’ Santiago Apóstol de Huancané, fil-Perù.
Mons. Cefai, li hu l-ewwel Isqof Malti tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, twieled iż-Żebbuġ, Għawdex fil-5 ta’ Awwissu 1967. Barra l-impenji mal-wasla tiegħu fl-Arċidjoċesi ta’ Malta, il-programm uffiċjali taż-żjara tal-Isqof Giovann Cefai fid-Djoċesi ta’ Għawdex tikkonsisti f’dawn il-mumenti:
Continue reading >>
Ilbieraħ, l-Erbgħa 24 ta’ Lulju 2019, tħabbret il-mewt tal-Kan. Ġużepp Muscat, mill-Parroċċa ta’ San Pietru u San Pawl, in-Nadur. Hu miet l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, fejn kien ġie rikoverat f’dawn l-aħħar jiem.
Dun Ġużepp kellu 98 sena. Hu kien l-aktar saċerdot anzjan f’Għawdex. Kien ġie ordnat fit-22 ta’ Mejju 1948. Is-sena li għaddiet, il-parroċċa tan-Nadur iċċelebrat flimkien miegħu s-70 anniversarju mill-ordinazzjoni presbiterali tiegħu.
Il-funeral tiegħu se jsir nhar it-Tlieta 30 ta’ Lulju, fil-5.30pm.
Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.
Dun Simon Mario Cachia maħtur il-11-il Kappillan tal-Parroċċa tal-Qalb ta’ Ġesù fil-Fontana
Nhar it-Tlieta 23 ta’ Lulju 2019, l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, ħatar lil Dun Simon Mario Cachia, mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ Martri (il-Belt Victoria), bħala l-ħdax-il Kappillan tal-Parroċċa tal-Qalb ta’ Ġesù, fil-Fontana, wara li l-Kan. John Muscat temm il-ministeru li kien beda fl-2013.
Dun Simon twieled fil-Belt Victoria fis-7 ta’ Novembru 1985. Wara l-formazzjoni fis-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù, huwa ġie ordnat saċerdot fit-28 ta’ Mejju 2011. Wara l-Ordinazzjoni, kompla l-istudji tiegħu fil-Pedagoġija u t-Teoloġija fl-Università Pontifiċja Salesjana f’Ruma, filwaqt li kien ukoll kollaboratur parrokkjali fil-Parroċċa ta’ Sant’Injazju ta’ Antjokja fl-istess djoċesi.
Lura Għawdex f’Settembru 2015, ġie maħtur Delegat tal-Isqof għall-Katekeżi u kollaboratur parrokkjali fil-Parroċċa tal-Madonna ta’ Loreto, Għajnsielem. Huwa wkoll lekċerer tal-Kateketika fis-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù.
Sakemm jieħu l-pussess kanoniku tal-parroċċa, Dun Simon se jkun Amministratur Parrokkjali.