TIBŻGĦUX TIEĦDU LIL MARIJA GĦANDKOM
Aħna nies li nħobbu d‑dar. Huwa minnu li ssib min ikun dejjem barra għax jibża’ li d‑dar ser taqa’ fuqu; imma l‑kotra ta’ ġensna għandhom qalbhom marbuta mad‑dar tagħhom. Għalihom id‑dar hija kollox. Dan bir‑raġun, għax bejn dawk l‑erba’ ħitan tad‑djar tagħna jintgħaġnu l‑karattri tagħna u jintisġu stejjer meraviljużi: stejjer ta’ familji li fihom l‑għaxqa, stejjer ta’ ġenerożità kbira, bħal fil‑każ ta’ dak il‑ġuvni li jibqa’ d‑dar jieħu ħsieb il‑ġenituri anzjani; stejjer li ma jitwemmnux meta tara ġenituri ssagrifikati għal uliedhom, speċjalment fejn ikun hemm xi wild bi ħtiġijiet speċjali; stejjer erojċi, bħal fejn hemm mard serju u l‑familja kollha tkun iddedikata għall‑marid.
Aqra l-Ittra Pastorali minn hawn: ittra-pastorali-randan-2019.pdf