Marzu 2009

apostelshipofprayerlogo.jpgIntenzjoni Ġenerali
Biex kull pajjiż fid-dinja jagħraf japprezza d-dinjità u l-valur tal-mara, u r-rwol tagħha fis-soċjetà.
Intenzjoni Missjunarja
Biex il-poplu kollu Nisrani fiċ-Ċina jimxi fuq l-indikazzjonijiet tal-ittra tal-Papa, u jaħdem għall-għaqda u għall-paċi


Intenzjoni tal-Isqfijiet
Sabiex fuq il-passi ta’ San Pawl ma negħjew qatt nagħmlu t-tajjeb.

L-offerta ta’ kuljum

Alla Missier,
noffrilek dan il-jum,
bit-talb, il-ħsibijiet, il-kliem,
il-ħidma, il-ferħ u t-tbatija kollha tiegħi
f’għaqda sħiħa ma’ Ġesù Ibnek,
li jkompli joffri lilu nnifsu fl-Ewkaristija
għall-ħelsien tad-dinja.
Agħmel li l-Ispirtu s-Santu, li mexxa
lil Ġesù ta’ qalb ħelwa u umli,
imexxi lili wkoll u jkun ta’ qawwa għalija
biex inkun xhud tal-imħabba tiegħek.
Ma’ Marija, Omm il-Mulej u Omm il-Knisja,
nitolbok b’mod speċjali skont il-fehmiet
tal-Papa għal dan ix-xahar..