Intenzjoni Ġenerali
Biex l-insara ma jaqtgħux qalbhom iħabbru bix-xiehda ta’ ħajjithom li l-Qawmien mill-mewt tal-Mulej huwa għajn ta’ tama u paċi.
Intenzjoni Missjunarja
Biex dawk li qed iħejju ruħhom għas-saċerdozju fil-missjonijiet jirċievu formazzjoni kulturali u spiritwali xierqa, li tgħinhom jevanġelizzaw il-pajjiżi tagħhom.
Intenzjoni tal-Isqfijiet
Għall-parrini ta’ dawk li ser jirċievu s-Sagrament tal-Griżma ta’ l-Isqof biex jidħlu għal din ir-responsabilità bl-akbar ħeġġa spiritwali.
Intenzjoni Generali
Sabiex kulħadd jifhem l-importanza tal-maħfra u tar-rikonċiljazzjoni.
Intenzjoni Missjunarja
Sabiex l-insara ppersegwitati f’ħafna pajjiżi tad-dinja, imwettqa mill-Ispirtu s-Santu, ma jiqfux jagħtu xiehda tal-Kelma ta’ Alla.
Intenzjoni tal-Isqfijiet
Nitolbu għal dawk li qed jippriedkaw l-Eżerċizzi Spiritwali f’dan ir-Randan.
Intenzjoni Ġenerali
Biex il-persuni b’diżabiltà mentali ma jkunux emarġinati, iżda jsibu r-rispett u l-għajnuna meħtieġa.
Intenzjoni Missjunarja
Biex l-Istituti ta’ ħajja Konsagrata fil-missjonijiet, b’qalb kbira, jagħtu xiehda u jħabbru ’l Kristu sat-truf ta’ l-art
Intenzjoni tal-Isqfijiet
Biex dawk li jħossu lill-Mulej isejħilhom għas-saċerdozju jew ħajja kkonsagrata jkollhom il-kuraġġ igħidu “iva” lil Alla.
L-Offerta ta’ kuljum
Qalb ħanina ta’ Ġesù, kull ma nitlob, kull ma nagħmel, kull ma nġarrab f’dan il-jum jgħaddi għalik mill-Qalb bla tebgħa ta’ Marija għat-tpattija ta’ dnubietna, l-aktar tad-dagħa li bih hu mżeblaħ l-Isem qaddis tiegħek, u għall-fehmiet kollha li Inti għandek f’kull quddiesa li titqaddes. Noffrihomlok fuq kollox għall-fehmiet ġenerali u missjunarji ta’ l-Apostolat tat-Talb għal dan ix-xahar. Qalb ta’ Ġesù, agħti ’l-Knisja tiegħek saċerdoti qaddisin li jaħdmu b’żelu kbir għall-glorja tiegħek.
Intenzjoni Ġenerali
Sabiex il-Knisja żżid l-impenn tagħha favur l-għaqda sħiħa u viżibbli, biex turi biċ-ċar in-natura tagħha ta’ komunità ta’ mħabba.
Intenzjoni Missjunarja
Sabiex il-Knisja fl-Afrika tkompli tkun sinjal u għodda ta’ ġustizzja u rikonċiljazzjoni.
Intenzjoni ta’ l-Isqfijiet tagħna
Biex id-djalogu li l-Knisja f’pajjiżna għandha mas-soċjetà tagħna jħalli kotra ta’ frott.