Frar 2009

apostelshipofprayerlogo.jpgIntenzjoni Ġenerali

Biex ir-Rgħajja tal-Knisja meta jgħallmu u jaqdu lill-Poplu ta’ Alla jkunu aktar sensittivi għall-ħidma tal-Ispirtu s-Santu.

Intenzjoni MissjunarjaĦalli l-Knisja fl-Afrika ssib il-mezzi biex tippromovi r-rikonċiljazzjoni, il-ġustizzja u l-paċi.Intenzjoni tal-IsqfijietSabiex it-tifkira tan-nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta tqawwi fina l-fidi li Alla dejjem magħna.

L-offerta ta’ kuljum

Alla Missier,noffrilek dan il-jum,bit-talb, il-ħsibijiet, il-kliem,il-ħidma, il-ferħ u t-tbatija kollha tiegħif’għaqda sħiħa ma’ Ġesù Ibnek,li jkompli joffri lilu nnifsu fl-Ewkaristija

għall-ħelsien tad-dinja.

Agħmel li l-Ispirtu s-Santu, li mexxalil Ġesù ta’ qalb ħelwa u umli,imexxi lili wkoll u jkun ta’ qawwa għalijabiex inkun xhud tal-imħabba tiegħek.Ma’ Marija, Omm il-Mulej u Omm il-Knisja,nitolbok b’mod speċjali skont il-fehmiettal-Papa għal dan ix-xahar..