Archive for May, 2019

Jitwaqqaf Tribunal ekkleżjastiku tal-Kawża għall-Beatifikazzjoni ta’ Fra Grazzja

 fragrazzja4.jpg

Aqra minn hawn l-Istqarrija għall-Istampa dwar il-ftuħ tat-Tribunal bħala parti mill-Kawża tal-Kanonizzazzjoni ta’ Fra Grazzja Gauci osa: st-07-2019.pdf

Żewġ żgħażagħ Għawdxin se jiġu ordnati wieħed Djaknu l-ieħor Presbiteru

 Aqra l-Istqarrija għall-Istampa: st-08-2019.pdf

patri-elija-ta-gesu-msallab-ocd.jpgmercieca-mario.jpg

Ordinazzjoni ta’ Djaknu u Presbiteru

ordinazzjoni-2019.jpg

“Nintelqu f’dirgħajn Ommna Marija” - Ittra Pastorali tal-Isqof Mario Grech

our-lady.jpg

 

68/2019

Ittra Pastorali

tal-E.T. Mons. Mario Grech

Isqof ta’ Għawdex

NINTELQU F’DIRGĦAJN OMMNA MARIJA

Meta llum qegħdin niċċelebraw Jum l-Omm, nixtieq insellem lill-ommijiet kollha. Ma nsibx kliem biex infisser min hi l-omm! Imma biżżejjed nistaqsu lil min tilef lil ommu jgħidilna xi jħoss xħin isejħilha u jibqa’ bla tweġiba! Il-missier għandu r-rwol tiegħu fil-ħajja tal-ulied, imma l-preżenza tal-omm tisboq kollox u lil kulħadd.Għandna djun kbar lejn ommijietna. Hija l-omm li meta nitnisslu tilqa’ ħajja ġdida fi ħdanha, u minn dak il-waqt ħajjitha ssir stennija kontinwa: l-ewwel tistenna li tarana nitwieldu, imbagħad tibqa’ dejjem wara l-bieb tad-dar tistenniena ninġabru. Min jaf kemm hawn ommijiet li jgħaddu ljieli sħaħ imħassbin u anzjużi jistennew lil uliedhom jidħlu d-dar! Ma rridu nagħmlu xejn biex nirbħu mħabbtiha, għax l-omm tħobb lil uliedha bi mħabba tal-ġenn. Hija ma tħobbx lil uliedha għax huma bravi, sbieħ jew kapaċi, imma tħobbhom għax huma sempliċement uliedha. L-omm ma titgħaxxaqx b’uliedha għax huma għandhom xi ħaġa li tagħmilhom persuni ideali, imma tħobbhom għax huma tagħha. Proprju għax huma tagħha hija tħobbhom, anki jekk mhumiex perfetti fiżikament, mentalment, moralment u spiritwalment! Continue reading >>

Public Invitation to “RISE - relationships inspiring social enterprise”

rise-invite-gozo.jpg

Pellegrinaġġ tal-Kongregazzjon tas-Sorijiet Agostinjani għas-Santwarju Ta’ Pinu

2019-05-01-ir-ruh-tas-socjeta.jpg“Aħna nippretendu li l-għażliet tas-soċjetà tagħna jkunu skont ir-rieda ta’ Alla; imma dan ma jistax ikun, għax l-għerq ta’ kollox hija l-ħajja interjuri, u jekk din hija nieqsa, allura r-riskju huwa li bħala soċjetà nieħdu deċiżjonijiet li jikkuntrastaw mar-rieda ta’ Alla u għalhekk ma jkunux jixirqu lill-bniedem”.

Hekk ikkummenta l-Isqof Mario Grech fl-1 ta’ Mejju, meta kien qed jiċċelebra mas-Sorijiet Agostinjani l-125 anniversarju tal-preżenza tal-Kongregazzjoni tagħhom f’Malta. Hu qal li bil-ħajja komunitarja huma qed ifakkru lill-Knisja u lill-bniedem fil-“primat tal-ħajja interjuri”. Continue reading >>

Sunday Fun Day għall-Abbatini u l-Familji tagħhom

festa-abbatini-2019.jpg