Archive for January, 2018

ABBONA FIR-RIVISTA TA’ GĦAWDEX

Din is-sena r-Rivista Il-Ħajja f’Għawdex qed tiċċelebra l-elf ħarġa! Agħti rigal lilek innifsek, lill-familja jew lil xi ħadd li taf, u ġedded/abbona issa. Bi €15 biss ikollok f’idejk għaxar ħarġiet fis-sena. Tista’ tħalli d-dettalji tiegħek u l-flus ġo envelop fl-Uffiċċju Parrokkjali jew tixħtu mal-ġabra tal-Ħadd, inkella ibgħat ċekk indirizzat lil: Id-Direzzjoni “Il-Ħajja f’Għawdex”, Lumen Christi Media Centre, Triq Fortunato Mizzi, Victoria, Għawdex.

Tista’ tabbona onlajn:

https://docs.google.com/forms/d/e/1FAIpQLSeW0nRHFdT9r-KcRUmU64MBVfblX8bgNYYFdrLSAAjelBaYGQ/viewform

jew tibgħat din il-formula:  hajja-fghawdex-abbonament.jpg

flyer-hg-2018.jpg

Bullettin tal-Ħadd - 28 ta’ Jannar 2018

Aqra l-Bullettin minn hawn:

bullettin-2018-jannar-28.jpg

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi - Frar 2018

Niżżel kopja minn hawn: newsheet-frar-2018-1.pdf

Festa ta’ Sant’Anton Abbati fix-Xagħra

2018-01-21-santanton-abbati.jpg

Omelija fil-Festa ta’ Sant’Anton Abbati
Knisja ta’ Sant’Anton Abbati, ix-Xagħra
Il-Ħadd 21 ta’ Jannar 2018
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

INNEĦĦU L-KAPPESTRU RELIĠJUŻ

Kienu għaddew kważi tliet mitt sena u l-kelma ta’ Ġesù Kristu li smajna titħabbar fil-Vanġelu tal-lum (Mk 1:14-20) heżżet il-ħajja ta’ Anton, żagħżugħ minn Coma fl-Eġittu – illum meqjum bħala Sant’Anton Abbati (250-356). Ta’ għoxrin sena, Anton jilqa’ s-sejħa li Ġesù jagħmel biex il-bniedem jikkonverti: “Indmu u emmnu fl-Evanġelju”. Continue reading >>

Il-Knisja f’Malta tħabbar id-dati tal-funerali tal-Isqfijiet Silvester Magro u Emanuel Barbara

10-mgr-silvester-carmel-magro-ofm.jpgIL-FUNERAL TAL-ISQOF SILVESTER CARMEL MAGRO O.F.M.

Il-Quddiesa presente cadavere tal-Isqof Silvester Carmel Magro O.F.M., ser issir nhar
it-Tnejn, 22 ta’ Jannar 2018, fl-10:00 a.m., fil-Katidral tal-Imdina. Jippresiedi l-Quddiesa
l-Arċisqof Charles J. Scicluna.

Għada, il-Ħadd, 21 ta’ Jannar, fit-8:30 a.m., korteo funebri ser jitlaq mill-Isptar Mater Dei
sas-Saqqajja, ir-Rabat, fejn il-Banda L’Isle Adam u l-Banda Sliema ser jakkumpanjaw
il-korteo sal-Kunvent tal-Patrijiet Franġiskani Minuri, fi Triq San Pawl, ir-Rabat.

It-Tnejn, fid-9:30 a.m., il-korteo jitlaq mill-Kunvent tal-Patrijiet Franġiskani sal-Katidral
tal-Imdina fejn issir il-Quddiesa tal-funeral.

11-mgr-emanuel-barbara-ofm-cap.jpgIL-FUNERAL TAL-ISQOF EMANUEL BARBARA O.F.M. Cap.

Il-Quddiesa presente cadavere tal-Isqof Emanuel Barbara O.F.M. Cap., ser issir nhar is-Sibt,
27 ta’ Jannar 2018, fis-2:00 p.m., fil-Katidral tal-Imdina. Jippresiedi l-Quddiesa l-Arċisqof
Charles J. Scicluna.

Lejlet il-funeral, il-Ġimgħa, 26 ta’ Jannar, fis-7:00 p.m. ser jiġi ċċelebrat l-Għasar tal-Mejtin
fil-Knisja tas-Salib Imqaddes (tal-Kapuċċini), il-Furjana.

L-Isqof Emanuel Barbara, Isqof ta’ Malindi, il-Kenja, miet fil-5 ta’ Jannar li għadda
fir-residenza tiegħu f’Malindi. Huwa kellu 68 sena.

L-Ordni tal-Aħwa Minuri Kapuċċini tistieden lill-komunità Nisranija sabiex tingħaqad
magħhom fit-talb u tagħti l-aħħar tislima lill-Isqof Emanuel Barbara.

Bullettin tal-Ħadd 21 ta’ Jannar 2018

Aqra l-Bullettin minn hawn:

bull-2018-jan-21.jpg

NOTA: 

Is-Servizz Ekumeniku fis-Santwarju tal-Immakulata tal-Qala, nhar l-Erbgħa, 24 ta’ Jannar, ser isir fl-4.00pm u mhux fl-orarju avżat fuq il-Bullettin. 

Titħabbar il-mewt tal-Isqof Silvester Magro O.F.M.

09-mgr-silvester-carmel-magro-ofm.jpg

F’isem il-Knisja f’Għawdex, l-Isqof Mario Grech isellem il-memorja tal-E.T. Mons. Silvestru Magro OFM, li miet dalgħodu. Huwa serva lil Kristu u lill-Knisja fl-uffiċċju ta’ Vigarju Appostoliku ta’ Benghazi, il-Libja, bejn l-1997 u l-2016. L-Isqof Grech jiftakar il-konverżazzjoni interessanti li kellu miegħu meta ġie lura pajjiżna waqt ir-rivoluzzjoni li faqqgħet fil-Libja. Minkejja li ħajtu kienet fil-periklu, Mons. Silvestru ma riedx jitlaq lill-“Knisja” tiegħu!

Mons. Silvestru għandu rabta mad-Djoċesi tagħna. Missieru kien mill-Parroċċa tan-Nadur u l-Isqof Magro kien jogħxa meta kien jiġi jiċċelebra l-liturġija fil-Bażilika ta’ San Pietru u San Pawl. Imma l-għors tiegħu kien meta mexxa l-Ordinazzjoni Presbiterali ta’ neputih Patri Joseph Magro OFM fil-Bażilika tan-Nadur – probabbli din kienet l-unika ordinazzjoni presbiterali li huwa għamel! Imbagħad kien preżenti għall-Konsagrazzjoni Episkopali tal-Isqof Mario Grech fit-22 ta’ Jannar 2006.

Filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-Ordni tal-Patrijiet Franġiskani Minuri u lill-familjari tiegħu, l-Isqof Grech jagħmel sejħa lill-Knisja f’Għawdex biex issellimlu bit-tokki tat-tempji tagħna bħala sejħa biex isir talb b’suffraġju tiegħu.

Aqra l-Komunikat tal-Arċidjoċesi ta’ Malta:  09-komunikat.pdf

Direttorju dwar id-Djoċesi ta’ Għawdex

kalendarju-pastorali-djocesan-2017-2018-cover-page-001.jpgIl-Kurja tal-Isqof ta’ Għawdex ippubblikat Direttorju b’tagħrif dwar il-Knisja f’Għawdex.

Wieħed jista’ jniżżel id-Direttorju minn din il-link:kalendarju-pastorali-djocesan-2017-2018.pdf