Il-Knisja f’Malta tħabbar id-dati tal-funerali tal-Isqfijiet Silvester Magro u Emanuel Barbara

10-mgr-silvester-carmel-magro-ofm.jpgIL-FUNERAL TAL-ISQOF SILVESTER CARMEL MAGRO O.F.M.

Il-Quddiesa presente cadavere tal-Isqof Silvester Carmel Magro O.F.M., ser issir nhar
it-Tnejn, 22 ta’ Jannar 2018, fl-10:00 a.m., fil-Katidral tal-Imdina. Jippresiedi l-Quddiesa
l-Arċisqof Charles J. Scicluna.

Għada, il-Ħadd, 21 ta’ Jannar, fit-8:30 a.m., korteo funebri ser jitlaq mill-Isptar Mater Dei
sas-Saqqajja, ir-Rabat, fejn il-Banda L’Isle Adam u l-Banda Sliema ser jakkumpanjaw
il-korteo sal-Kunvent tal-Patrijiet Franġiskani Minuri, fi Triq San Pawl, ir-Rabat.

It-Tnejn, fid-9:30 a.m., il-korteo jitlaq mill-Kunvent tal-Patrijiet Franġiskani sal-Katidral
tal-Imdina fejn issir il-Quddiesa tal-funeral.

11-mgr-emanuel-barbara-ofm-cap.jpgIL-FUNERAL TAL-ISQOF EMANUEL BARBARA O.F.M. Cap.

Il-Quddiesa presente cadavere tal-Isqof Emanuel Barbara O.F.M. Cap., ser issir nhar is-Sibt,
27 ta’ Jannar 2018, fis-2:00 p.m., fil-Katidral tal-Imdina. Jippresiedi l-Quddiesa l-Arċisqof
Charles J. Scicluna.

Lejlet il-funeral, il-Ġimgħa, 26 ta’ Jannar, fis-7:00 p.m. ser jiġi ċċelebrat l-Għasar tal-Mejtin
fil-Knisja tas-Salib Imqaddes (tal-Kapuċċini), il-Furjana.

L-Isqof Emanuel Barbara, Isqof ta’ Malindi, il-Kenja, miet fil-5 ta’ Jannar li għadda
fir-residenza tiegħu f’Malindi. Huwa kellu 68 sena.

L-Ordni tal-Aħwa Minuri Kapuċċini tistieden lill-komunità Nisranija sabiex tingħaqad
magħhom fit-talb u tagħti l-aħħar tislima lill-Isqof Emanuel Barbara.