Archive for November, 2017

“Il-Pjaga tal-Vjolenza Domestika” - Ittra Pastorali tal-Isqof Mario Grech

58/2017

 

Ittra Pastorali tal-Isqof Mario Grech

IL-PJAGA TAL-VJOLENZA DOMESTIKA

Għal ħafna mill-familji tagħna d-dar hija post ta’ mistrieħ u għożża fejn wieħed iħossu mkennen mill-istorbju u l-perikli tal-ħajja; imma għal oħrajn l-esperjenza tad-dar taf tkun ħolma kerha minħabba l-abbuż li jġarrbu fil-familja stess. In-nisa miżżewġa huma l-akbar kategorija li tbati minħabba din il-vjolenza domestika; imma magħhom hemm ukoll l-ulied, u f’sens wiesa’ nistgħu ninkludu wkoll lill-anzjani u lill-persuni vulnerabbli, bħalma huma l-morda jew persuni b’diżabbiltà. Continue reading >>

Ċelebrazzjoni Djoċesana ta’ Kristu Sultan

kristu-re-2017.jpg

Bullettin tal-Ħadd - 26 ta’ Novembru 2017

bullettin-2017-novembru-26.jpg

L-Isqof Grech jiltaqa’ mas-saċerdoti waqt l-irtir annwali f’Dar Manresa

Fostna hemm it-tajjeb li ma jidhirx

Omelija f’Quddiesa waqt l-Irtir tas-Saċerdoti
Dar Manresa, il-Belt Victoria
Il-Ħamis 16 ta’ Novembru 2017
L-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex

Illum hawn min – anki saċerdoti – qed jistqasi l-istess mistoqsija li l-Fariżej għamlu lil Ġesù: “Meta ser tiġi s-Saltna ta’ Alla” (Lq 17:20). Bħall-Fariżej li kienu mħassba dwar x’sar minnha s-Saltna ta’ Alla, illum hawn min huwa inkwetat dwar x’sar minnha l-“Kristjanità” jew bil-qagħda fil-Knisja. Hawn min minna s-saċerdoti qed jikteb fil-ġurnali li bħalissa fil-Knisja qed tirrenja l-konfużjoni dwar il-morali u t-twemmin; (sewwa tkunu tafu li dan mhux diskors skont il-qalb tal-Isqof tagħkom).

It-tweġiba jagħtihielna Ġesù nnifsu: “Is-Saltna ta’ Alla ma tiġix b’sinjali li jidhru… is-Saltna ta’ Alla fostkom qiegħda”. Minkejja l-kontradizzjonijiet li qed ngħixu fihom, Ġesù jiżgurana li Alla huwa preżenti fostna. Imma aħna neħtieġu dik il-kapaċità biex naqraw is-sinjali tal-preżenza ta’ Alla fostna. Din il-preżenza ma tidhirx. Ma tistax tgħid li tinsab hawn jew hemm. Anzi, jien ngħid li għandna nibżgħu minn dawk l-elementi li aħna nqisuhom bħala sinjali li jagħmlu wisq evidenti l-preżenza ta’ Alla. Għandi f’moħħi kemm dawn il-fenomeni psewdo-sopranaturali li kultant żmien ifaqqsu madwarna u jġennu ħafna nies, u kemm dawk ir-ritwali tradizzjonali li kienu jintużaw fl-antik (u donnu hawn min irid jerġa’ jqajjimhom) li hemm min jikkonsagrahom bħala garanzija li tikkonferma l-preżenza tas-Saltna ta’ Alla fostna! Din il-forma mentis tinkwetani daqskemm jinkwetawni fenomeni oħra bħalma huma s-sekulariżmu, il-lajċiżmu, l-ateiżmu… Continue reading >>

Seminar mill-Kummissjoni Djoċesana Familja dwar il-Ħajja Miżżewġa

kif-nibdew-iz-zwieg-b-pass-tajjeb-24nov2017.jpg

Bullettin tal-Ħadd - 19 ta’ Novembru 2017

bullettin-2017-novembru-19.jpg

Attività għat-Tfal tad-Duttrina

poster-laqgha-tfal-kristu-re-2017.jpg

Bullettin tal-Ħadd - 12 ta’ Novembru 2017

bullettin-2017-novembru-12.jpg