Archive for November, 2017

Jum il-Karità fid-Djoċesi ta’ Għawdex - Il-Ħadd 26 ta’ Novembru 2017

jum-il-karita-2017.jpg

Jum Dinji tal-Foqra - Messaġġ tal-Papa Franġisku

wdp_logo_eng-352x555.jpgMESSAĠĠ TAL-QDUSIJA TIEGĦU FRANĠISKU
L-I JUM DINJI TAL-FOQRA

It-XXXIII Ħadd ta’ Matul is-Sena
19 ta’ Novembru 2017

Ma nħobbux bil-kliem imma bl-għemil
1. “Uliedi, ma nħobbux bil-kliem u t-tpaċpiċ, imma bl-għemil u bis-sewwa” (1 Ġw 3:18). Dawn il-kelmiet tal-Appostlu Ġwanni jesprimu kmand li l-ebda Nisrani ma jista’ jaħrab minnu. Is-serjetà li biha d-“dixxiplu l-maħbub” jittrasmetti sa żminijietna l-amar ta’ Ġesù hi aktar enfasizzata fil-kuntrast li joħroġ bejn il-kliem u t-tpaċpiċ li spiss issib fuq fommna u l-għemil u s-sewwa li bihom imsejħin nitqiesu. L-imħabba ma tafx bi skużi: min irid iħobb kif ħabb Ġesù, għandu jimxi fuq l-eżempju tiegħu; fuq kollox meta nkunu msejħin inħobbu lill-foqra. Wara kollox, il-mod kif ħabb l-Iben ta’ Alla hu magħruf sewwa, u Ġwanni dan ifakkarhulna b’ittri ċari. Dan jinbena fuq żewġ kolonni ewlenin: Alla l-ewwel li ħabbna (ara 1 Ġw 4:10,19); u ħabbna billi tana lilu nnifsu kollu kemm hu, anki l-istess ħajtu (ara 1 Ġw 3:16).

Imħabba bħal din ma tistax tibqa’ bla tweġiba. Anki jekk ingħatat b’mod sħiħ, bla ma talbet xejn lura, xorta waħda tkebbes lill-qalb b’mod li, ikun min ikun, iħoss li għandu jpatti għaliha minkejja l-limiti u d-dnubiet tiegħu. U dan hu possibbli jekk il-grazzja ta’ Alla, l-imħabba ħanina tiegħu ssib tilqagħha, skont kemm hu possibbli, il-qalb tagħna, hekk li ċċaqlaq ir-rieda tagħna u anki s-sentimenti tagħna għall-imħabba ta’ Alla nnifsu u tal-proxxmu. Hekk il-ħniena li tgelgel, biex ngħidu hekk, mill-qalb tat-Trinità tista’ tasal u ċċaqlaq il-ħajja tagħna u tnissel kompassjoni u opri tal-ħniena għall-aħwa fil-bżonn. Continue reading >>

Bullettin tal-Ħadd - 5 ta’ Novembru 2017

bullettin-2017-novembru-05.jpg

Mons. Isqof Mario Grech fil-Laqgħa Plenarja tal-COMECE

Aqra l-intervent li għamel l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, fil-Laqgħa Plenarja tal-COMECE li nżammet fil-Belt tal-Vatikan il-ġimgħa li għaddiet.

Ir-ritratt juri d-delegazzjoni tal-Konferenza Episkopali Maltija li attendiet għall-Kungress organizzat f’Ruma mill-COMECE u s-Santa Sede fl-okkażjoni tas-sittin anniversarju tat-Trattati ta’ Ruma (ritratt: Uffiċċju Komunikazzjoni Kurja ta’ Malta).

comece-rome-2017.jpg

Għal Ewropa iżjed soċjali
Intervent tal-Isqof Mario Grech fil-Laqgħa Plenarja tal-COMECE
26 ta’ Ottubru 2017, Ruma

L-Ewropa waslilha ż-żmien biex tagħmel eżami serju tal-kuxjenza fuq ir-rwol tagħha f’soċjetà fejn ir-rata tal-faqar bla dubju qiegħda tikber jum wara l-ieħor. Skont l-aħħar rapport tal-Ewrostat, ċittadin Ewropew fuq erbgħa għaddej minn żmien diffiċli: dħul baxx ħafna, esklużjoni soċjali, għajnuna ta’ xejn. L-ispejjeż qed jagħmluhom mhux biss l-anzjani, imma anki t-tfal, 27% minnhom jgħixu f’familji foqra. Il-faqar fost it-tfal issa sar fenomenu dejjem jikber anki fil-pajjiżi sinjuri, bħal Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit. Continue reading >>