Archive for April, 2014

Newsheet tal-Għaqdiet Kattoliċi - Mejju 2014

Niżżel kopja tan-Newsheet ta’ Mejju minn hawn:

newsheet-mejju-2014.pdf

Bullettin tal-Ħadd - 27 ta’ April 2014

Niżżel kopja tal-Bullettin minn hawn:

bullettin-2014-april-27.jpg

Bullettin tal-Ħadd - 20 ta’ April 2014

Niżżel kopja tal-Bullettin minn hawn:

bullettin-2014-april-20.jpg

L-Isqof Mario Grech imexxi l-Ewkaristija “In Coena Domini”

EWKARISTIJA MEDIĊINA KONTRA T-TRADIMENT

Omelija tal-Isqof Mario Grech
Quddiesa In Coena Domini, Ħamis ix-Xirka,
Knisja Katidrali, il-Ħamis 17 ta’ April 2014

Il-lejl ta’ Ħamis ix-Xirka huwa l-lejl tat-“tradiment”. Din il-kelma, li ġejja mil-Latin “tradere” għandha tifsiriet differenti.

F’sens pożittiv tfisser li Ġesù nnifsu tana Ġismu bħala ikel u Demmu bħala xorb. Għalhekk nistgħu ngħidu li dan huwa l-lejl meta Kristu għamel dan “it-tradiment” – meta waqt l-aħħar ċena, hu ħa l-ħobż u qal: “Ħudu u kulu, dan huwa ġismi li jingħata għalikom”. Ikkunsidrata din it-tifsira, tassew għandna għalfejn niċċelebraw f’dan il-lejl; huwa l-lejl li fih l-Iben ta’ Alla jagħmel l-aqwa għotja tiegħu nnifsu għalina.

Imbagħad hemm t-tifsira negattiva tal-kelma tradiment. Ġuda huwa dak li ttradixxa lil Ġesù, li ta lil Ġesù biex il-forzi jeħduh quddiem il-qassisin il-kbar u quddiem Pilatu.

Imma nixtieq nitkellem fuq tradiment ieħor! Dan il-lejl ifakkarna li jekk aħna ma noqogħdux attenti fuqna nfusna, faċli li nitradixxu lilna nfusna. Fil-ħajja huwa possibli li nagħmlu għażliet jew deċiżjonijiet li jissarrfu f’deni għalina stess; nistgħu nagħtu tip ta’ direzzjoni lilna nfusna jew lis-soċjetà li tirriżulta li tkun ingassa ma’ għonqna, kif skont it-tradizzjoni ġara lil Ġuda. Infatti Ġuda mhuwiex biss dak li ttradixxa lil Kristu, imma wkoll dak li ttradixxa lilu nnifsu, tant li waqa’ fid-disperazzjoni.

Huwa fatt li meta aħna nagħmlu d-deni lilna nfusna, dan ma jkunux effett ta’ deċiżjoni tal-mument imma frott ta’ proċess jew orjentament li wieħed ikun qed jagħti lil ħajtu. Għandna eżempju ta’ dan fir-rakkont tal-Aħħar Ċena. Continue reading >>

Omelija tal-Isqof Grech fil-Quddiesa tat-Tberik taż-Żjut

GĦAJNEJNA MSAMMRA FUQ ĠESU

Omelija ta’ Mons. Isqof Mario Grech
Quddiesa taż-Żjut
Knisja Katidrali, il-Ħamis 17 ta’ April 2014

Mhuwiex sinjal sabiħ meta persuna tħares fil-baħħ. Il-ħars fil-vojt jista’ jfisser ħafna affarijiet: li dik il-persuna hija konfuża jew li m’għandhiex punt li fuqu tiffoka fil-ħajja tagħha, u allura tkun nieqsa mid-direzzjoni. Ħarsa vojta tesprimi moħħ u qalb imtaqqla u vojta. Mhux il-persuna biss jista’ jkollha ħarsa vojta, imma anke bħala kollettività jista’ ikollna ħarsa fil-baħħ.

Għadna kif smajna t-tħabbira tal-Vanġelu li jgħidilna illi fis-sinagoga ta’ Nazaret in-nies ma kellhomx ħarsithom mitlufa, imma għajnejhom kienu msammra fuq Ġesù Kristu. Inħoss li hemm bżonn – kemm individwalment, kemm bħala soċjetà, kif ukoll bħala presbiterju – li ħarsitna ma tkunx fil-baħħ, inqas u inqas li l-għajnejn tagħna jistrieħu fuq ħwejjeġ illi huma ta’ ħsara għall-vokazzjoni tagħna. Għajnejna jridu jkunu msammrin fuq Ġesù Kristu.

Meta nserrħu l-ħarsa tagħna fuq Ġesù Kristu dritt nindunaw illi qabel ma aħna nkunu tfajna ħarsitna fuqu, huwa Ġesù nnifsu illi jfittixna b’għajnejh u jipprova jagħtina din l-assikurazzjoni li tagħti ħarsa mimlija mħabba. Hawn jiġini f’moħħi dak iż-żagħżugħ għani li Ġesù sammar għajnejh fuqu. Dalgħodu nixtieq li lkoll kemm aħna, speċjalment aħna l-presbiteri, naċċertaw lilna nfusna li Ġesù, aħna min aħna, bit-tajjeb u l-ħażin tagħna, għandu l-ħarsa tiegħu msammra fuqna. Continue reading >>

L-Isqof Grech fil-Quddiesa tat-Tberik taż-Żjut jitkellem dwar il-ħarsa ta’ Ġesù

“Nixtequkom tħarsu lejna u taraw lil Kristu għaddej”

Knisja Katidrali - Il-Ħamis 17 ta’ April 2014

“Ħallu l-ħarsa ta’ Ġesù tistrieħ fuqkom”.  Dan kien l-appell li għamel dal-għodu l-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech fil-Quddiesa tat-Tberik taż-Żjut fil-Katidral ta’ Għawdex.  Mal-Isqof ikkonċelebraw il-Kappillani Għawdxin kif ukoll ġemgħa sabiħa ta’ saċerdoti mid-Djoċesi li din is-sena qed tagħlaq 150 sena.

L-Isqof bena r-riflessjoni tiegħu fuq il-ġrajja tas-Sinagoga ta’ Nazaret li l-Knisja tħabbar fil-Vanġelu ta’ dal-għodu (Lq 4), ċelebrazzjoni li fiha l-kleru u l-poplu Nisrani tal-Knisja lokali jinġabru madwar l-Isqof tagħhom.  Hu qal li ħarsitna m’għandhiex tkun fil-baħħ imma msammra fuq Ġesù Kristu, li fil-Vanġeli spiss insibuh jixħet ħarsa ta’ mħabba fuq bosta persuni, fosthom Xmun Pietru u ż-żagħżugħ għani.  Fis-Sinagoga ta’ Nazareth, wara li qara mill-Profeta Isaija, in-nies sammru għajnejhom fuq Ġesù.  “X’inhu li raw fih?”, staqsa l-Isqof, waqt li silet xi riflessjonijiet li japplikaw għas-saċerdoti f’jum is-Saċerdozju Kattoliku. Continue reading >>

Stqarrija tal-Isqfijiet Maltin dwar il-Liġi tal-Unjoni Ċivili

children-playing.jpg

Niżżel l-istqarrija minn hawn:

41-stqarrija-tal-isqfijiet.pdf

Iċ-Child Care Centre tal-Konservatorju tal-Isqof f’Għawdex

Iċ-Child Care Centre  kien miftuħ xi snin ilu bl-inizjattiva tal-Caritas Djoċesana fil-Kumpless tal-Konservatorju tal-Isqof f’Victoria Għawdex. Snin wara, f’dan l-istess kumpless tad-Djoċesi fetħet l-ewwel l-iskola primarja u iktar tard l-iskola sekondarja li jġibu l-istess isem.

Xi snin ilu nġibdet l-attenzjoni mill-Awtoritajiet Ċivili lill-amministrazzjoni djoċesana t’Għawdex li, minħabba direttivi ġodda marbuta mat-tmexxija ta’ child care centres, il-lokal imsemmi kellu bżonn upgrading kemm fl-istruttura kif ukoll fil-personell. Biex dan iċ-ċentru seta’ jibqa’ jiffunzjona, ġejna mitluba nkunu konformi ma’ dawn id-direttivi. Dan kien jinvolvi li jinstabu mezzi finanzjari sostanzjali apposta.

Peress li bħalissa għaddejjin minn fażi tat-tkabbir urġenti tal-iskola sekondarja minħabba eżigenzi ġodda u numru akbar ta’ studenti li jinsab fl-istess Kumpless, għandha bżonn dan l-ispazju li bħalissa qed jokkupa iċ-Child Care Centre.

Hija prijorità tad-Djoċesi li  tiggarantixxi l-obbligi finanzjari tal-espansjoni kemm tal-iskejjel sekondarji tal-Konservatorju kif ukoll dik tas-Seminarju. Minbarra dan, huwa dmir tad-Djoċesi li tkompli tiffinanzja s-self li sar biex jiġu żviluppati dawn l-iskejjel sekondarji tagħha.

Xi xhur ilu tħabbar ukoll li l-Gvern se jiftaħ child care centre fil-viċinanzi taċ-Child Care Centre tal-Konservatorju.

Fid-dawl ta’ dan kollu, id-Djoċesi mhix f’pożizzjoni li tkompli bis-servizzi ta’ dan iċ-Ċentru.