Published on January 29, 2012
in 2012.
IRRODDU LURA Ċ-ĊITTADINANZA LILL-FAMILJA
Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Jannar 2012 filgħaxija l-Kummissjoni Familja tad-Djoċesi t’Għawdex organizzat Konferenza Djoċesana bit-tema “Familja soda, soċjetà b’saħħitha”. Fid-diskors tiegħu l-Isqof Mario Grech wassal dan il-messaġġ:
“Huwa fatt li l-familja saret sfida diffiċli mhux biss għall-Knisja imma wkoll għas-soċjetà tagħna. Ħafna jiddependi mill-għażliet tagħna llum jekk din l-isfida tintrebaħx jew tintilifx. Mistoqsija importanti li hemm bżonn nagħmlu hija jekk aħniex ser nibqgħu inħarsu lejn il-familja bħala istituzzjoni soċjali li għandha damma ta’ drittijiet u dmirijiet – istituzzjoni li s-soċjetà tirrikonoxxilha ċ-ċittadinanza!
Huwa minnu li kull ma jmur l-Ewropa, kemm bħala entità politika kif ukoll kulturali, qed issib diffikultà kif tirrelata mal-familja. Kien hemm żmien meta l-Unjoni Ewropea kienet turi interess ġenwin fil-familja; imma mbagħad bidlet ir-rotta! Ċediet għall-pressjoni ta’ xi gruppi u bidlet in-nuċċali, tant li llum l-Ewropa saret issib diffikultà li tqis il-familja bħala oġġett-suġġett ta’ interess komuni. Kieku huma diversi dawk l-istituzzjonijiet pubbliċi li jagħmlu stqarrijiet u dikjarazzjonijiet uffiċċjali fejn jagħrfu li l-familja hija ċellula naturali u fundamentali tas-soċjetà u għandha d-dritt li tkun imħarsa mis-soċjetà u mill-Istat (art 16., Dikjarazzjoni Universali tad- Drittijiet Umani, ONU, 1948). Però, jekk nosservaw x’qed jiġri madwarna, faċli nintebħu li l-politika sejra f’direzzjoni opposta! Continue reading >>
Published on January 26, 2012
in 2012.
KONFERENZA EPISKOPALI MALTIJA
Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija
APPLIKAZZJONI GHAD-DĦUL FL-ISKEJJELTAL-KNISJA F’GĦAWDEX
FI KLASSI KINDER 1 2012-2013
N.B. lt-tfal iridu jkunu twieldu fl-2009
1. Il-formoli tal-applikazzjoni għal Kinder 1, mimlija kif suppost u bid-dokumenti meħtieġa magħhom, iridu jiġu ppreżentati l-Kurja, Rabat, Għawdex, mit-Tnejn sal-Ġimgħa (barra l-Ħamis) 23-27 ta’ Jannar 2012 bejn id-9.00am u l-11.30 a.m.
2. Għas-sena skolastika 2012-2013, in-numru totali ta’ tfal Subien u Bniet li jiġu ammessi f’Kinder 1 fl-Iskejjel tal-Knisja f’Għawdex ma jkunx jaqbeż il-106 (massimu ta’ 53 tfal subien u 53 tfal bniet).
3. It-tfal li jidħlu BIL-POLZA fil-Kinder 1 fl-Iskejjel tal-Knisja f’Għawdex għandhom id-dritt li jkomplu telgħin fis-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù (fil-każ ta’ subien) u fl-Iskola Sekondarja tal-Konservatorju tal-Isqof (fil-każ ta’ bniet). Continue reading >>
Published on January 25, 2012
in 2012.

Il-Kummissjoni Familja ggedded l-appuntament annwali, ghall-Konferenza Djocesana li ser tinzamm nhar il-Gimgha li gejja, 27 ta’ Jannar fis-sala Villa Fiorita. Is-suggett ghal din is-sena hu familja soda, socjeta b’sahhitha u bhala kelliem ewlieni ser ikollna maghna lil d.Carlo Bresciani, psikologu, psikoterpista tal-familja, moralista u konsultur tas-Santa Sede.
Continue reading >>
Published on January 23, 2012
in 2012.

Żgħażagħ miftuħa għall-ħajja hi t-tema magħżula mill-Konferenza Episkopali Taljana għal Jum il-Ħajja 2012. Dar Ġużeppa Debono, li qed twettaq diversi inizjattivi interessanti biex ixxerred il-“kultura tal-ħajja” fost id-diversi kategoriji tas-soċjetà Maltija, sa tfakkar dan il-Jum b’għadd ta’ attivitajiet, għax temmen bis-sħiħ li “iż-żgħożija vera tinsab u tiffjorixxi f’min ma jingħalaqx għall-ħajja”. Fil-fatt, bosta huma ż-żgħażagħ li jwettqu ħidma volontarja fi ħdan din l-entità Għawdxija.
Nhar il-Ħadd 5 ta’ Frar, fil-5.00pm, l-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech sa jmexxi Konċelebrazzjoni Solenni fis-Santwarju Ta’ Pinu. Imma siegħa qabel, fl-4.00pm, il-pubbliku hu mistieden jieħu sehem f’mixja simbolika, bis-sehem tal-voluntiera u l-istudenti ta’ l-iskejjel Għawdxin, li titlaq mnejn is-siġra li tinsab fil-bidu tat-triq li tieħu għas-santwarju. Tul din il-mixja, sa jsiru disa’ waqfiet żgħar li fihom jinqraw riflessjonijiet qosra fuq diversi temi marbuta mal-valur tal-ħajja miktuba minn Dun Richard N. Farrugia. Dawn il-waqfiet ikunu animati wkoll bi preżentazzjoni koreografika mill-istudenti ta’ l-Academy of Dance. In-numru disgħa ġie magħżul apposta biex jissimbolizza x-xhur tat-tqala fil-ġuf ta’ l-omm.
Fl-istess ġurnata, fuq iz-zuntier jew fit-taraġ prinċipali ta’ diversi knejjes parrokkjali f’Għawdex sa jitwaħħlu ma’ l-art speċi ta’ passi kkuluriti li jwasslu messaġġi pożittivi fuq il-ħajja lil min ikun dieħel fil-knisja għall-Quddiesa. Sa jsiru wkoll Quddies u adorazzjonijiet b’talb speċjali għall-ħidma favur il-ħajja.
Continue reading >>

Niżżel in-newsheet minn hawn
Published on January 23, 2012
in 2012.
Madre Margerita u l-Ispirtu ta’ Konverżjoni
Diskors dwar l-ispiritwalità tal-Fundatriċi tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù, Madre Margerita De Brincat,
li sar minn Mons. Ġużeppi Gauci waqt il-Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr
li ġiet iċċelebrata mill-Isqof Mario Grech fil-knisja tal-Casa Madre tal-istess sorijiet,
fl-okkażjoni tas-sittin anniversarju mill-mewt glorjuża tagħha
Il-Ħadd 22 ta’ Jannar 2012
“Indmu u emmnu fil-Bxara t-Tajba” (Mk 1:15)
Il-qari liturġiku ta’ dan it-Tielet Ħadd Matul is-Sena B hu sejħa qawwija għall-konverżjoni u fl-istess ħin jindikalna kif għandha tkun it-tweġiba tagħna għal din is-sejħa. Kliem Kristu, “Indmu u emmnu fil-Bxara t-Tajba” (Mk 1:15), hu l-messaġġ ċentrali tal-Liturġija. L-istess messaġġ jagħtihulna San Pawl fis-silta tat-tieni qari mill-Ewwel Ittra lill-Korintin, meta jitlobna ma nkunux tad-dinja aħna u ngħixu fiha, “għax is-sura ta’ din id-dinja għad tgħaddi” (7:31). L-ewwel qari mill-Ktieb tal-Profeta Ġona fissrilna kif il-Mulej talab lil Ġona jmur Ninwè jsejjaħ lill-poplu għall-konverżjoni: “Qum, mur f’Ninwè, il-belt il-kbira, u xandrilha l-messaġġ li ngħidlek jien” (3:1).
Min-naħa l-oħra, l-istess Liturġija tenfasizza l-mod kif għandha tkun it-tweġiba għal din is-sejħa tal-konverżjoni. Il-Vanġelu jitlob prontezza mingħajr kundizzjonijiet, kif ġara fit-tweġiba tal-Appostli li “minnufih telqu kollox u marru warajh” (Mk 1:17, 20), jiġifieri wara Ġesù. San Pawl talab lill-Korintin biex “dawk li jgawdu d-dinja jgħixu bħallikieku ma jgawduhiex” (1 Kor 7:31), filwaqt li n-nies ta’ Ninwè, meta semgħu l-predikazzjoni ta’ Ġona, “emmnu f’Alla, nedew sawma u libsu lbies tal-ixkejjer mill-kbar saż-żgħar” (Ġona 3:5). Continue reading >>
Published on January 23, 2012
in 2012.
Quddiesa għall-operaturi tal-midja Għawdxin
Nhar it-Tlieta, 24 ta’ Jannar 2012 taħbat il-festa ta’ San Franġisk de Sales, Isqof ta’ Ġinevra u Patrun tal-Ġurnalisti u Kittieba. Għal din l-okkażjoni. Mons Isqof Mario Grech se jqaddes u jwassal messaġġ għall-Gurnalisti u kittieba Għawdxin u għal dawk kollha li huma impenjati fil-qasam tal-midja. Il-quddesa tkun fil-5pm fil-knisja tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù fi Triq Palma Victoria. Wara l-quddiesa Mons Isqof jieqaf jitkellem ma’ dawk preżenti f’waħda mis-swali tal-kunvent ta’ dawn is-sorijiet li ta’ kull sena jilqgħu din l-okkażjoni organizzata mill-Għaqda Ġurnalisti Għawdxin imwaqqfa lura fis-sena 1960 mill-Kav Koli Apap u l-Isqof Mons Nikol Cauchi.
Kav Joe M Attard
Segretarju
Published on January 22, 2012
in 2012.
Illum il-Ħadd, 22 ta’ Jannar jaħbat is-sitt anniversarju mill-Konsagrazzjon ta’ Mons Mario Grech bħala Isqof ta’ Għawdex. Nhar il-Ġimgħa, 20 ta’ Jannar, Mons Isqof Grech mexxa konċelebrazzjoni ta’ radd il-ħajr fil-Knisja tar-Ragħaj it-Tajjeb biex ifakkar dan l-anniversarju.
Is-sens tal-misteru fl-esperjenza tal-fidi
Omelija ta’ Mons Isqof Mario Grech
Quddiesa fl-okkażjoni tas- Sitt Anniversarju mill-Ordinazzjoni Episkopali tiegħu
Knisja Ragħaj it-Tajjeb, Il-Ġimgħa 20 ta’ Jannar 2012
Il-“misteru” bħala metodoloġija ta’ Alla
F’soċjetà bħal tagħna, li qed issir dejjem aktar konvinta li bir-raġuni tista’ tfisser kollox u jimpurtaha biss milll-effiċjenza, faċli li nitilfu s-sens tal-misteru f’dak li jirrigwarda lil Alla u dak li għandu x’jaqsam miegħu. F’dan il-kuntest jeżisti r-riskju li l-Knisja nikkunsidrawha bħala organizzazzjoni umana b’għanijiet umani, u l-ministri tagħha nqisuhom sempliċi funzjunarji li qegħdin hemm biex jassiguraw li l-istituzzjoni tibqa’ wieqfa! Continue reading >>