Stedina lill-operaturi tal-midja Għawdxin

Quddiesa għall-operaturi tal-midja Għawdxin

Nhar it-Tlieta, 24 ta’ Jannar 2012 taħbat il-festa ta’ San Franġisk de Sales, Isqof ta’ Ġinevra u Patrun tal-Ġurnalisti u Kittieba.  Għal din l-okkażjoni. Mons Isqof Mario Grech se jqaddes u jwassal messaġġ għall-Gurnalisti u kittieba Għawdxin u għal dawk kollha li huma impenjati fil-qasam tal-midja. Il-quddesa tkun fil-5pm fil-knisja tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù fi Triq Palma Victoria.  Wara l-quddiesa Mons Isqof jieqaf jitkellem ma’ dawk preżenti f’waħda mis-swali tal-kunvent ta’ dawn is-sorijiet li ta’ kull sena jilqgħu din l-okkażjoni organizzata mill-Għaqda Ġurnalisti Għawdxin imwaqqfa lura fis-sena 1960 mill-Kav Koli Apap u l-Isqof Mons Nikol Cauchi.

Kav Joe M Attard
Segretarju