Archive for November, 2008

11 ta’ Novembru 2008

The Maltese Herald Logo

Fil-harga ta’ The Maltese Herald tal- 11 ta’ Novembru, Charles Spiteri jikteb dwar– Dun Salv Tabone jihatar Monsinjur tal-Katidral– Inawgurat tibdil li sar fi klassijiet fis-Seminarju MinuriNizzel l-pagna dwar Ghawdex minn hawn

Bullettin tal-Ħadd - 9 ta’ Novembru 2008

bulletinlogo.jpg

Bullettin ta’ 32 Ħadd matul is-Sena (Sena A)

IS-SALIB HUWA L-QOFOL TAL-ISTORJA
Omelija ta’ Mons Isqof Mario Grech

IS-SALIB HUWA L-QOFOL TAL-ISTORJA

Omelija ta’ Mons Isqof Mario Grech

Tberik tas-salib ta’ fuq il-koppla

Parroċċa San Ġużepp, Kalkara – Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru 2008

Nhar il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru 2008, Mons Isqof Mario Grech mexxa konċelebrazzjoni fil-knisja parrokkjali tal-Kalkara u wara sar it-tberik tas-salib li mbagħad tqiegħed fuq il-lanterna tal-knisja. Din hija l-omelija tal-Isqof:

Fil-ħajja għandna ħafna slaleb. Uħud minn dawn noħolquhom aħna; oħrajn ngħabbuhom aħna stess lil oħrajn; oħrajn jiġu waħidhom. Imma s-salib li llejla sejrin inbierku biex jitpoġġa fil-quċċata tal-knisja parrokkjali tagħkom, huwa salib differenti għax huwa s-salib ta’ Sidna Ġesù Kristu. Fi kliem il-Kardinal Martini, is-salib ta’ Ġesù huwa l-qofol tal-istorja t’Alla u tal-bniedem.

Continue reading >>

Kunsill għall-Iskejjel tal-Knisja f’Għawdex

L-għanijiet ewlennin tal-Kunsill huma li:

  • Iħares l-edukazzjoni fl-Iskejjel tal-Knisja fuq it-tagħlim u twemmin nisrani kif imfisser fid-dokumenti uffiċjali tal-Knisja, u jimxi fuq il-linji gwida u l-istruzzjonijiet li l-Isqof u l-Awtoritajiet Ekkleżjastiċi jħabbru minn żmien għall-ieħor;
  • Jaħdem biex iżomm l-Iskejjel tal-Knisja fuq quddiem fil-qasam tal-edukazzjoni, u jaħdem id f’id mad-Diviżjoni u l-Ministeru tal-Edukazzjoni, mas-Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija, u mal-Private Schools Association;
  • Iħares l-interessi speċifiċi tal-Iskejjel tal-Knisja u jieħu l-passi kollha meħtieġa biex iġib ’il quddiem dawn l-interessi;
  • Iżomm quddiem għajnejh dak kollu li jitolbu l-Att tal-Edukazzjoni, ir-regolamenti u l-linji gwida li jagħtu l-Ministeru u d-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, il-Ftehim fuq l-Iskejjel tal-Knisja li sar bejn is-Santa Sede u r-Repubblika ta’ Malta, u xi direttivi li s-Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija jħoss li għandu jagħti fl-interess tal-Iskejjel tal-Knisja f’Malta u Għawdex.

Ara l-istatut kollu minn hawn

Membri tal-Kunsill: Fr Effie Masini (Delegat tal-Isqof), Fr Emmanuel Saliba, Sister Francesca Abela fcj, Horace Mercieca, Joe W Psaila

Ġimgħa Liturġika
10 - 14 ta’ Novembru 2008

Gimgha LiturgikaBl-inizjattiva tal-Konferenza Episkopali, bejn l-10 u l-14 ta’ Novembru 2008 f’Malta u Għawdex se ssir Ġimgħa Liturġika li l-qofol tagħha se jkunu konferenza għas-saċerdoti u għal-lajċi, bis-sehem ta’ kelliema esperti barranin, bit-tema ‘Ngħixu l-Liturġija biex nagħtu ħajja lil-liturġija’.  Il-konferenzi f’Malta se jkunu fis-Seminarju, Tal-Virtu.  Dawk f’Għawdex se jsiru f’Dar Manresa.

L-ewwel konferenza f’Malta, li se tkun għas-saċerdoti, se ssir it-Tnejn, 10 ta’ Novembru, fit-8.30am.  Il-konferenza tibda b’introduzzjoni ġenerali minn Mons. Arċisqof Piero Marini, li għal 20 sena mexxa l-Uffiċċju għaċ-Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi tal-Papa u fl-2007 sar president tal-Kumitat Pontifiċju għall-Kungressi Ewkaristiċi Internazzjonali.  Dakinhar jitkellem ukoll Patri Silvano Maggiani OSM, li ħadem ħafna bħala konsultur fl-Uffiċċju taċ-Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi tal-Papa u jagħti pariri fl-Uffiċċju Liturġiku Nazzjonali tal-Konferenza Episkopali Taljana.  Fil-5.00pm, issir konferenza għal-lajċi minn Mons. Giuseppe Busani, li huwa l-President tal-Assoċjazzjoni tal-Professuri tal-Liturġija fl-Italja.

Continue reading >>

4 ta’ Novembru 2008

Fil-paġna dwar Għawdex f’The Maltese Herald ta’ 4 ta’ Novembru, Charles Spiteri jikteb  dwar attivita’ ta’ tberik tal-annimali li saret fl-iskola St Francis tar-Rabat u wkoll dwar grupp ta’ żgħażagħ mill-Oratorju Don Bosco li għamlu żjara f’Turin, l-Italja.

Festa Kristu Re 2008 - 23 ta’ Novembru 2008

Katekeżi ta’ l-Avvent għaż-żgħażagħ (Seminarju - KDŻ)