Archive for the 'Press Releases' Category
Fl-okkażjoni tal-Konsagrazzjoni Episkopali tal-Isqof Għawdxi Mons. Giovanni Cefai MSSP illum 22 ta’ Ġunju 2019 fl-10.00am (5.00pm, ħin ta’ Malta) fil-Katidral ta’ Arequipa, il-Perù, l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, bagħatlu dan il-Messaġġ ta’ Awguri biex jinqara waqt il-Quddiesa tal-Ordinazzjoni:
Bħal kull 22 ta’ Ġunju, dalgħodu l-qniepen tal-knejjes f’Għawdex daqqew għalenija biex ifakkru li 136 sena ilu, mill-Kappella Ta’ Pinu, il-Verġni Mbierka fetħet djalogu ta’ mħabba ma’ Karmni Grima u Franġisk Portelli, liema djalogu għadu għaddej illum mal-eluf ta’ pellegrini li jterrqu lejn dan is-Santwarju.
Imma dalgħodu l-qniepen tal-knejjes ta’ din id-djoċesi għannew ukoll għax illum wieħed minn uliedha, int, għażiż Patri Giovann, ser tirċievi l-Ordinazzjoni Episkopali u hekk tingħaqad mal-Kulleġġ tal-Appostli. Għalina dan huwa motiv ta’ ferħ kbir; imma aħna konxji wkoll li din il-ġrajja lilna tgħabbina bir-responsabbiltà li nkomplu nweżnuk kif nistgħu, speċjalment bit-talb tagħna, iktar u iktar meta inti isqof-missjunarju li l-Knisja sejħitlek biex tqiegħed il-pedament ta’ djoċesi ġdida.
L-isfidi li għandek ma humiex żgħar, imma niżgurak mill-esperjenza tiegħi: Alla ser jagħtik il-“grazzja tal-istat” ġdid li inti għandek; din il-verità jien fhimtha biss meta ġarrabtha, u hekk nawgura lilek.
F’isem il-poplu ta’ Alla f’Għawdex nifraħlek tassew, u filwaqt li llum nafdak f’dirgħajn il-Madonna Ta’ Pinu, nitolbok tagħtina l-barka episkopali tiegħek mill-Perù.
Insellem lil ħija fl-episkopat l-E.T. Mons. Javier del Río Alba, Arċisqof ta’ Arequipa, lil Patri Mark Grima MSSP, is-Superjur Ġenerali tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, u lill-foqra kollha li ħejjewk għal din l-għażla.
Ritratti: https://www.facebook.com/missionarysocietyofstpaul
POST OF PHYSICAL EDUCATION (PE) TEACHER
TO TEACH WITHIN THE FOUR
PRIMARY CHURCH SCHOOLS IN GOZO
1. All Gozo Church Primary Schools adhere to S.L. 327.546 (Recruitment, Initial Training and Continuous Professional Development of Personnel and Protection of Minors in Compulsory Education Regulations 2016) in its recruitment process. It also adheres to the Maltese Ecclesiastical Province Statement of Policy and Procedures in Cases of Sexual Abuse (2014).
Nomenclatures denoting the male gender include also the female gender.
Read application details: post-of-physical-education-teacher-gozo-primary-church-schools.pdf
Aqra minn hawn l-Istqarrija għall-Istampa dwar il-ftuħ tat-Tribunal bħala parti mill-Kawża tal-Kanonizzazzjoni ta’ Fra Grazzja Gauci osa: st-07-2019.pdf
Aqra l-Istqarrija għall-Istampa: st-08-2019.pdf
“Aħna nippretendu li l-għażliet tas-soċjetà tagħna jkunu skont ir-rieda ta’ Alla; imma dan ma jistax ikun, għax l-għerq ta’ kollox hija l-ħajja interjuri, u jekk din hija nieqsa, allura r-riskju huwa li bħala soċjetà nieħdu deċiżjonijiet li jikkuntrastaw mar-rieda ta’ Alla u għalhekk ma jkunux jixirqu lill-bniedem”.
Hekk ikkummenta l-Isqof Mario Grech fl-1 ta’ Mejju, meta kien qed jiċċelebra mas-Sorijiet Agostinjani l-125 anniversarju tal-preżenza tal-Kongregazzjoni tagħhom f’Malta. Hu qal li bil-ħajja komunitarja huma qed ifakkru lill-Knisja u lill-bniedem fil-“primat tal-ħajja interjuri”. Continue reading >>