- Gozo Diocese - http://gozodiocese.org -

Titħabbar il-mewt tal-Kanoniku Dun Ġużepp Muscat

Posted By admin On July 25, 2019 @ 9:33 am In Press Releases | Comments Disabled

kan-guzepp-muscat.jpgIlbieraħ, l-Erbgħa 24 ta’ Lulju 2019, tħabbret il-mewt tal-Kan. Ġużepp Muscat, mill-Parroċċa ta’ San Pietru u San Pawl, in-Nadur. Hu miet l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, fejn kien ġie rikoverat f’dawn l-aħħar jiem.

Dun Ġużepp kellu 98 sena. Hu kien l-aktar saċerdot anzjan f’Għawdex. Kien ġie ordnat fit-22 ta’ Mejju 1948. Is-sena li għaddiet, il-parroċċa tan-Nadur iċċelebrat flimkien miegħu s-70 anniversarju mill-ordinazzjoni presbiterali tiegħu.

Il-funeral tiegħu se jsir nhar it-Tlieta 30 ta’ Lulju, fil-5.30pm.

Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.


Article printed from Gozo Diocese: http://gozodiocese.org

URL to article: http://gozodiocese.org/2019/07/25/tithabbar-il-mewt-tal-kanoniku-dun-guzepp-muscat/

Copyright © 2007 Gozo Diocese. All rights reserved.