Archive for the '2011' Category

L-Isqof Mario Grech iħeġġeġ parteċipazzjoni fir-referendum
Artiklu ta’ Fr John Avellino
IL-GENSillum online

B’antiċipazzjoni għall-Ittra Pastorali li għandha tinqara fi tmiem din il-ġimgħa, l-Isqof Mario Grech appella biex il-poplu jipparteċipa fir-referendum tas-Sibt li ġej.

Mons Grech kien qed jitkellem waqt attività fil-parroċċa tal-Fgura, li għaliha kien hemm attendenza numeruża. Tul id-diskors tiegħu l-Isqof Grech saħaq li n-Nisrani għandu dmir ċivili u Nisrani biex jagħti l-fehma tiegħu fir-referendum li se jsir is-Sibt.

Mons Grech beda biex qal li hu kien qed jippreżenta ruħu bħala “Nisrani li għandi ftit esperjenza ta’ Kristu”. Kompla Mons Isqof: “Ġejt fostkom mingħajr ebda pretensjoni li naf ħafna affarijiet, imma nipprova nagħraf lil Kristu u l-Vanġelu tiegħu li jagħmel ħafna sens f’ħajti u jdawwal il-hajja tiegħi, u dan Kristu msallab li hu l-feddej tagħna, u l-feddej ta’ kull esperjenza umana, inkluża l-esperjenza taż-żwieġ u l-familja.”

Continue reading >>

Titħabbar il-mewt ta’ Dun Anton Dimech

Dalgħodu tħabbret il-mewt ta’ Dun Anton Dimech, saċerdot miż-Żebbuġ, Għawdex, li seħħet fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, fejn Dun Anton kien rikoverat f’dawn l-aħħar jiem.

Dun Anton Dimech kien ordnat saċerdot fil-5 ta’ April 1964. Il-funeral tiegħu se jsir fil-parroċċa taż-Żebbuġ nhar it-Tnejn li ġej, 16 ta’ Mejju 2011. Fit-3.00p.m. il-fdalijiet ta’ Dun Anton jitqiegħdu għall-qima tal-pubbliku u għat-talb privat fid-Dar tal-Arċipriet. Fl-4.00p.m.  issir Velja pubblika ta’ Talb u mbagħad fl-4.30p.m. jibda miexi l-korteo funebri lejn il-knisja parrokkjali, akkumpanjat mill-banda tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija taż-Żebbuġ. Fil-5.00p.m. Mons Isqof Mario Grech imexxi l-quddiesa tal-funeral.

Ningħaqdu mal-familjari ta’ Dun Anton u mal-parroċċa taż-Żebbuġ fin-niket għal din it-telfa, u nitolbu lil Ġesù r-Ragħaj it-Tajjeb biex idaħħal lil ħuna Dun Anton fil-mergħat ta’ dejjem. RIP

Festafamily 2011

festa-familja-a3-april.jpg

Fl-okkażżjoni tal-Jum Dinji tal-Familja, il-Kummissjoni Djoċesana Familja tad-Djoċesi ta’ Għawdex qed torganizza festafamilja, festa ta’ ferħ u divertiment għall-membri tal-familji kollha ta’ Għawdex!

Festafamilja ser tinżamm fil-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex nhar il-Ħadd, 15 ta’ Mejju bejn is-6.00pm u t-8.00pm. Id-dħul għas-serata huwa b’xejn. Ikun hemm kant, żfin, mużika, divertiment għat-tfal (mal-karattri ta’ Disney) kif ukolltestimonjanzi dwar is-sbuħija tal-familja.

Jieħdu sehem fost l-oħrajn il-persunaġġi tas-serje televisiva popolari DEĊEDUTI;THEA GARRETT; SCHOLA CANTORUM JUBILATE; MIRIAMCHRISTINE; THE CENTRE STAGE DANCE ACADEMY; BUZZY KIDS ENTERTAINMENT u ħafna oħrajn – programm varjat li żgur ser jolqot il-gosti ta’ kull min jattendi. Is-serata tintemm bil-kelma ta’ Mons. IsqofM ario Grech.

WIRJA DWAR IL-PAPA ĠWANNI PAWLU II

IL-PAPA TAŻ-ŻWIEĠ U TAL-FAMILJA

Diskors ta’ Mons Isqof Mario Grech
Ftuħ tal-Wirja “Ġwanni Pawlu II – il-Papa li seraq il-qlub”
Sala tas-Seminarju, Ir-Rabat, Għawdex – Il-Ħadd 17 ta’ April 2011 

Esperjenza personali

Ma kontx ilni sentejn saċerdot, meta fl-1985 kelli l-okkażjoni li niltaqa’ mal-Papa Ġwanni Pawlu II personalment. Bħala isqof ta’ Ruma hu kien qed idur il-parroċċi tad-djoċesi u mess li jiltaqa’ mal-komunità parrokkjali tal-Assunzjoni li hemm fuq it-Tuscolana. Kont għadni qrempuċu, u l-aħbar li l-Papa kien ġej fil-parroċċa fejn kont nagħmel xi ħidma pastorali fis-snin li kont qed nistudja Ruma tatni ferħ kbir.

Ma niftakarx x’kien il-messaġġ tal-Papa Wojtyla dakinhar tal-quddiesa li ċċelebra fil-parroċċa; imma għadu stampat f’qalbi u f’moħħi l-kliem impenjattiv li qal lilna s-saċerdoti waqt li konna mal-mejda nieħdu ftit tè. Għalkemm kien għadu fl-ewwel snin tal-pontifikat tiegħu, it-tagħlim tiegħu kien diġà juri li kien Papa li kellu għal qalbu l-bniedem, partikularment il-familja.

Bejn kikkra tè u oħra, b’dik il-ħarsa karatteristika tiegħu ta’ bniedem deċiż minn dak li kien jgħid, saħaq magħna li l-familja għandha tkun prijorità tal-ħidma pastorali tagħna għax il-familja hija l-benniena fejn jissawwar iċ-ċittadin u n-Nisrani. Kien f’din iċ-ċirkustanza li l-Papa ħares lejja u faħħar lil pajjiżna għax jemmen fil-familja.
Continue reading >>

Gozo Curia rebuts article published in local media

PDF Version

                            05 May 2011

The Editor
The Malta Independent.

Sir,
I write on behalf of the Bishop’s Curia of Gozo and Fr. Joseph Grima with reference to the article carried out in today’s issue of your paper entitled “Pro-divorce priest due back to Malta today” and would formally request you to print the following rebuttal, giving this rebuttal the same prominence as that accorded to the original article:

“The Bishop’s Curia of Gozo and Fr. Joseph Grima have taken note of the fact that the information given on the Facebook profile referred to in the article of the 30th April could be taken to refer to Fr. Joseph Grima.

Both the Curia and Fr Grima personally would like to emphasise that the facebook profile in question is evidently the work of a malicious hacker.

This unknown person would easily have accessed the Curia’s own website, found out information about Fr. Grima’s and abused of it in order to formulate what is in essence a false identity purporting to portray the viewpoint of a person who does not exist but who has nothing to do with the facebook profile and who disassociates himself completely and in the most absolute manner from the declarations to be found in that profile.
Continue reading >>

“Apostleship of the Sea” calls for aid to Japan tsunami survivors

appostolshipoftheseaslogo.gifOn 17th March 2011, the Pontifical Council for the Pastoral Care of Migrants and Itinerant People, which is responsible for the overall direction of the Apostleship of the Sea, made this statement from the Vatican.

Dear Brothers and Sisters in Christ,

We have seen the dramatic images of buildings shaking and collapsing for the most powerful earthquake followed by the devastating tsunami that hit the Northern Japan only a few days ago. It is still early to realize the magnitude of the tragedy, entire cities are destroyed, hundreds of people are dead and ten of thousands are displaced. I do not have words to express my solidarity to all the people affected by this tragedy and I assure them that they are in my thoughts and prayers.

The government emergency and rescue response has being immediate and it will continue for weeks and months. However, I understand that facing this immense catastrophe even a technological advanced and developed country like Japan needs assistance to rebuild the lives of broken families and communities.

Continue reading >>

Il-ġid komuni u l-ħarsien ta’ żwieġ dejjiemi

Sintesi tal-omelija ta’ Mons Isqof Mario Grech waqt il-quddiesa li ċċelebra fi Pjazza Indipendenza, ir-Rabat, Għawdex, fl-okkażjoni tat-tifkira tad-Duluri tal-Verġni Marija, ilbieraħ, il-Ġimgħa 15 ta’ April 2011.

Id-Duluri ta’ Marija bdew dakinhar meta s-Sinedriju ta l-kundanna tal-mewt lil Kristu fuq il-pretest li għamel Kajfa: li aħjar imut bniedem wieħed għall-poplu u mhux jinqered il-ġens kollu. Kieku llum Kajfa kien jikkundanna lil Kristu f’isem il-“ġid komuni”!

Huwa fatt li waħda mill-isfidi li qed ikollha tħabbat wiċċha magħha s-soċjetà tagħna llum hija x’inhu l-ġid komuni. Dan huwa rifless fid-diskussjoni li għaddejja dwar jekk iż-żwieġ għandux ikun dejjiemi jew le.

Miżura legali li tmur kontra l-permanenza taż-żwieġ hija azzjoni kontra l-ġid komuni. Soċjetà li tassew trid iġġib ’il quddiem il-ġid komuni ma tistax tittraskura d-dmir etiku li tħares il-familja li sserraħ fuq iż-żwieġ. Għaliex iż-żwieġ u l-familja jagħmlu parti mill-ġid komuni.

Continue reading >>

Soċjetà li tara sa mneħirha
Sintesi tal-omelija tal-Isqof Grech
Knisja Parrokkjali ta’ Paola
Ħadd 3 ta’ April 2011

Ilbieraħ, il-Ħadd 3 ta’ April 2011, l-Isqof Mario Grech mexxa quddiesa fil-knisja parrokkjali ta’ Paola (Raħal Ġdid) u wara bierek statwa ta’ Ġesù Redentur li tqiegħdet fil-kappella tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Wara l-quddiesa, il-ħabsin ġarrew din l-istatwa mill-knisja parrokkjali sal-Faċilità Korrettiva. Matul it-triq saret it-talba tal-Via Crucis.

Din hi sintesi tal-omelija tal-isqof Grech:

Hemm ir-riskju li l-bniedem tal-lum jara biss sa mnieħru, bil-konsegwenza li ma jarax x’effetti jista’ jkollhom fil-futur id-deċiżjonijiet li jagħmel illum.

Illum qed infasslu soċjetà mingħajr Alla! Il-bniedem jista’ jorganizza s-soċjetà mingħajr Alla, imma soċjetà mingħajr Alla ddur kontra l-bniedem innifsu. Effett ta’ dan ir-rifjut ta’ Alla, tfajna l-kmandamenti t’Alla taħt riġlejna tant li nfirxet il-vjolenza, far il-gideb, kotor is-serq, żdied il-qtil, u aċċettajna l-adulterju. Ftit għandhom valur u huma effettivi għall-ordni pubbliku l-liġijiet tal-pajjiż jekk dawn ma jkunux iserrħu fuq il-liġi t’Alla.

Continue reading >>