Archive for the '2011' Category

Help to victims of abuse

Communications Office
Archdiocese of Malta

22nd September 2011
82/2011

THE CHURCH OFFERS HELP TO THE VICTIMS OF ABUSE

At a meeting which took place between the Maltese Episcopal Conference and the Conference of the Religious Major Superiors, it was decided to publish this statement:
With reference to the facts and allegations which led to the decision given by the Magistrates’ Court some weeks back (which is still pending before the Courts, and hence cannot be prejudiced in any way), the Church authorities in Malta and Gozo, declare that they have been given legal advice, in the sense that, in this particular case, the Church, as an institution, does not have any legal responsibility for what was perpetrated by some individuals and that she cannot take upon herself such responsibility.
However, the Church authorities, without referring to any specific cases, and without prejudice for their position in the civil cases which may arise in the future, and without renouncing for their rights of defence which they can legally present, are taking the necessary steps for the setting up, of their own funds, a structure which will include psychiatric, psychological and social professionals who will provide all the necessary help in their respective field. This applies for every individual who, in any way, is proved to be a victim by individual pastoral functionaries. The Church is doing this as part of her pastoral and spiritual ministry.

Għajnuna lill-vittmi ta’ abbużi

Uffiċċju Komunikazzjoni
Arċidjoċesi ta’ Malta

22 ta’ Settembru 2011
82/2011

IL-KNISJA TOFFRI GĦAJNUNA LILL-VITTMI TA’ ABBUŻI

F’laqgħa konġunta li saret bejn il-Konferenza Episkopali Maltija u l-Konferenza tas-Superjuri Maġġuri tar-Reliġjużi, ġie deċiż li tiġi ppublikata din l-istqarrija:
B’referenza għall-fatti u l-allegazzjonijiet li taw lok għas-sentenza li ngħatat mill-Qorti tal-Maġistrati ftit tal-ġimgħat ilu (li għadha fil-preżent pendenti quddiem il-Qrati u ma għandha b’ebda mod tiġi ppreġudikata), l-Awtoritajiet tal-Knisja f’Malta u f’Għawdex qegħdin jiddikjaraw li ngħataw parir legali, fis-sens li f’dan il-każ partikulari, il-Knisja, bħala istituzzjoni, ma għandhix responsabbilta legali għal dak li seta` seħħ minn xi individwi u ma tistax titgħabba b’tali responsabbilta.
Madanakollu l-Awtoritajiet tal-Knisja, mingħajr ma jidħlu f’każijiet speċifiċi, bla preġudizzju għall-pożizzjoni tal-Knisja fil-proċessi ċivili li jistgħu jinqalgħu u mingħajr ma jirrinunzjaw għad-drittijiet ta` difiża li huma jistgħu legalment jinvokaw, bdew il-passi neċessarji biex titwaqqaf struttura li, permezz tagħha, a spejjeż tal-Knisja, professjonisti fil-qasam psikoloġiku, psikjatriku u soċjali, jipprovdu l-għajnuna kollha neċessarja fil-qasam proprju tagħhom. Dan jgħodd għal kull min jiġi ppruvat li kien, b’xi mod, vittma ta` xi abbuż minn funzjonarji pastorali ndividwali. Il-Knisja qed tagħmel dan bħala parti mill-missjoni pastorali u spiritwali tagħha.

President ġdid għall-Azzjoni Kattolika f’Għawdex

antoine-vassallo-ak.jpgFl-10 ta’ Settembru Mons Isqof Mario Grech ħabbar in-nomina ta’ President Djoċesan ġdid għall-Azzjoni Kattolika f’Għawdex: Antoine Vassallo, li se jmexxi l-ewwel laqgħa tad-Direttorju nhar il-Ħamis 15.
Is-sur Vassallo, li wasal fit-tmiem ta’ karriera twila fl-edukazzjoni, ilu involut fl-għaqda, fil-parroċċa  ta’ San Ġorġ u fid-djoċesi. Barra minn hekk, hu President-fundatur tal-Assoċjazzjoni tal-organizzazjonijiet non-governattivi (Gozo NGOs Association) u Chair tal-Fondazzjoni Belt Victoria; infatti ta’ spiss intgħażel biex jirrapreżenta lis-settur volontarju minħabba esperjenza wiesgħa.
Mons Grech ippreżenta lis-sur Vassallo fi tmiem Konċelebrazzjoni fid-Dar Ċentrali tal-Azzjoni Kattolika b’tifkira ta’ Manuel Saliba li miet għal għarrieda u għalhekk ħalla l-kariga battala wara qrib tletin sena.

Funeral ta’ Mons Dward Bondì Dalli

Ilbieraħ, it-Tlieta 23 ta’ Awwissu 2011 tħabbret il-mewt tas-saċerdot Mons Dward Bondì Dalli, mir-Rabat, Għawdex, fl-għomor ta’ 97 sena. Dun Dward kien l-aktar saċerdot anzjan fid-djoċesi. Hu ġie ordnat saċerdot fil-31 ta’ Lulju 1938.

Il-funeral tiegħu se jsir għada, il-Ħamis 24 ta’ Lulju, fil-Bażilka ta’ San Ġorġ. Fl-4.00pm il-fdalijiet ta’ Dun Dward se jkunu esposti għar-rispett u għat-talb fil-knisja ta’ San Ġakbu, mnejn jitlaq il-korteo funebri fl-4.30pm għall-bażilka ta’ San Ġorġ, fejn Mons Isqof Mario Grech imexxi l-quddiesa tal-funeral fil-5.00pm. Nitolbu lill-Mulej Alla jilqgħu fil-ferħ tas-Sema. RIP

Dwar abbużi sesswali fuq minuri

Uħud mill-istqarrijiet li għamel f’dawn l-aħħar snin l-Isqof Mario Grech dwar l-abbużi sesswali fuq il-minuri.

1.   Note sent to the Times of Malta: “re. your query Bishop Mario Grech was not a member of the Response Team in the 2003 case. However he was on the response Team when the case was presented again. In the course of this second inquiry Bishop Grech resigned from his post in November 2005 when he was nominated Bishop” (10th August, 2011).

2.   Mons. Isqof qal lill-Kappillani li jekk ikollhom xi informazzjoni dwar abbuż sesswali fuq minuri minn xi funzjonarju pastorali ma nistgħux nerfgħu r-responsabiltà u għalhekk għandhom jistiednu lil min jagħtihom informazzjoni bħal din biex iwassluha lill-Isqof u jħeġġuhom ukoll biex jinfurmaw lill-pulizija (Minuti laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kappillani, 3 ta’ Awwissu 2011).

3.  “Bishop Grech insists that all members of the Church, clergy and laity alike, are in duty bound to cooperate with the ecclesiastical and civil authorities investigating similar cases (of sexual abuse of minors)”. (Statement by Bishop Grech published by Times of Malta, 4th June 2011).

4. “Kull abbuż sesswali fuq il-minuri huwa ħażin u kundannabbli, irrispettivament jekk min iwettqu tkunx persuna lajka, reliġjuża jew saċerdot. L-abbużi sesswali għandhom jiġu denunzjati lill-awtoritajiet kompetenti, partikularment lill-pulizija” (Diskors li għamel l-Isqof Mario Grech fil-konklużjoni tal-Konferenza Nazzjonali “Is-Sbuħija tal-Ġisem. Lejn it-Teoloġija tal-Ġisem”, 31 ta’ Ottubru 2010).

5.  “Imbagħad hemm mġieba skandaluża, bħalma huma skandli koroh l-abbużi fil-Knisja, partikularment l-abbużi sesswali mwettqa minn membri tal-kleru jew reliġjużi. Abbużi ta’ din ix-xorta, iktar u iktar jekk ikunu involuti l-minorenni,  jagħmlu ħsara enormi u qed ikissru l-kredibilità tal-Knisja”.  (Omelija li Mons Isqof Mario Grech għamel waqt il-Pontifikal tal-10 ta’ Frar 2010 fil- Munxar).

6.  “Quddiem il-periklu ta’ abbużi sesswali, xejn ma nistgħaġeb jekk ’il quddiem jiġi xi ħadd u jgħidilna biex ma nibagħtux lil uliedna għad-duttrina jew il-Museum; biex it-tfal tagħna ma jibqgħux jaqdu l-altar bħala abbatini; biex ma nħalluhomx imorru fl-iskejjel tal-Knisja… għax jistgħu jmissuhom!!!  Mhux qed ngħid li fil-Knisja ma hemmx dawn il-perikli! Imma nixtieq nara fi ħdan kategoriji u professjonijiet oħra fis-soċjetà tagħna dik l-istess rigorożità u serjetà li għandha l-Knisja llum biex imġibiet bħal dawn jiġu mrażżna. Filwaqt li għal darb’oħra nikkundanna kull forma ta’ abbuż sesswali, partikularment fuq il-minuri, nagħti kelma li meta nkun naf b’imġieba bħal din fil-kamp pastorali, jien naġixxi. Min-naħa l-oħra, mhux ġust li jekk jiżbalja wieħed, miegħu jeħel kulħadd”. (Omelija ta’ Mons Isqof Mario Grech fl-okkażjoni tas-Solennità ta’ San Ġużepp, Parroċċa Qala – Il-Ħamis, 18 ta’ Marzu 2010).

7.  “Da parti tagħha, il-familja kif ukoll dawk l-istituzzjonijiet li jassistu l-familji fil-formazzjoni u l-kura tal-ulied, bħalma huma l-iskejjel, iġorru fuq spallejhom id-dmir li jħarsu u jippromwovu d-drittijiet tat-tfal. Huwa allarmaneti li llum għadhom isiru allegazzjonijiet li f’ċerti istituzzjonijiet, bħalma huma xi familji u xi skejjel, għad hemm min jagħmel vjolenza fiżika u morali fuq it-tfal. Inċidenti bħal dawn għandhom jiġu denunzjati lill-awtorità” (Messaġġ tal-Isqof Grech fl-okkażjoni taċ-Ċerimonja tal-Għoti tal-Premju “Qalb tad-Deheb”, 25 ta’ Jannar 2008).

8. “Ix-xhieda tagħna hija importanti ħafna għax issaħħaħ il-kelma tagħna. Daqstant ieħor tkun detrimentali xhieda skandaluża. Nagħmel referenza għall-allegazzjonijiet ta’ abbużi sesswali minn funzjonarji pastorali. Fil-preżent fid-djoċesi tagħna s-saċerdot normalment huwa fdat. Nibżgħu għal din il-fiduċja. Imġieba skorretta mhux biss tagħmel ħsara gravi lill-vittmi, imma tkisser il-kredibilità tal-presbiterju kollu, aktar u aktar jekk din l-imġieba tirriżulta waqt l-azzjoni liturġika. Fil-Provinċja Ekkleżjastika Maltija għandna Policy li jien obbligat insegwi; imbagħad hemm ukoll istruzzjoni mill-Kongregazzjoni tal-Fidi li tgħid li jekk l-isqof ikun mgħarraf b’xi inċidenti bħal dawn, huwa fid-dmir li jikkomunika magħhom” (Diskors ta’ l-Isqof Mario Grech fil-laqgħa tal-bdil tal-Awguri mas-saċerdotita, 5 ta Jannar 2008).

9.  “It-tfal għandhom dritt illi ma jkunux abbużati, la fiżikamanet, la psikoloġikament, la sesswalment u lanqas emozzjonalment. Minn tagħrif li għandi, quddiem l-Aġenzija Appoġġ hemm ħames mitt każ jistennew li jiġu trattati. Possibbli ma nistgħu nagħmlu xejn biex dawn il-każijiet jiġu investigati fi żmien qasir? L-ewwel nett ħalli nneħħu darba għal dejjem l-idea li min qed jagħmel dan l-isfreġju fuq uliedna jibqa’ frank; imbagħad biex ngħinu lil dawn il-vittmi jirkupraw dimensjoni importanti li tista’ tħallihom immarkati ħajjithom kollha! Għalina li niftaħru li għandna ċiviltà li tiddefendi d-drittijiet tat-tfal, dawn huma drittijiet li jeħtieġu azzjoni immedjata. Mentri xi drabi nkunu nafu li qed jiġru u nagħlqu fommna u għajnejna!” (Omelija tal-Isqof M Grech, festa tat-Twelid tal-Madonna, Xagħra – 8 ta’ Settembru 2006).

10. “Għandna t-tfal li qed jiġu vittimizzati. Ħafna drabi meta nitkellmu dwar it-tfal bħala vittmi jiġina f’moħħna l-abbuż sesswali tat-tfal, jew l-abbuż fiżiku, jew psikoloġiku tat-tfal. Iva, dawn huma affarijiet ħżiena, u hemm bżonn illi niqfulhom, ikunu ġejjin minn fejn ġejjin. U hemm bżonn illi nsemmgħu leħinna biex uliedna jiġu mħarsa u rispettati” (Omelija tal-Isqof Mario Greċh, Festa ta’ Santa Margerita, Sannat – 23 ta’ Lulju 2006).

TISLIMA LIL TEKLEAB HAILE
Stqarrija ghall-istampa mill-Kummissjoni Emigranti tal-Knisja f’Malta

ashih-tekleab-haile.jpgIt-Taqsima Refuġjati tal-Kummissjoni Emigranti ssellem mill-qalb lil Ashih TEKLEAB HAILE, refuġjat mill-Eritrea li ħarab minn artu biex isalva ħajtu u li miet Malta l-bieraħ, 20 ta’ Lulju 2011, wara li salva wieħed Franciz mill-għarqa.
Tekleab ta’ 32 sena hu miżżewweġ lil Selemawit Hagus Belay. Huma ltaqgħu u żżewwġu s-Sudan fl-2006 u waslu Malta bil-baħar f’Ottubru 2009.
F’dan iż-żmien ta’ luttu, Selemawit sabet il-faraġ ta’ sħaba. Il-Kummissjoni Emigranti tagħti l-għomor lil mart Tekleab, lil ommu u lil ħutu. Id-data tal-funeral tiġi mgħarrfa aktar tard.
Il-Kummissjoni Emigranti qalet li “Franza li uriet simpatija kbira mar-refuġjati f’Malta għandha tħossa ferħana li wieħed minn ulieda ġie salvat minn refuġjat.”

Għotjiet ta’ €14,500 f’solidarjetà mal-Insara tal-Libja u tal-Ħonduras

Solidarjetà mal-Insara tal-Libja u tal-Ħonduras

 
Illejla, it-Tlieta 28 ta’ Ġunju 2011, Mons Isqof Mario Grech għadda s-somma ta’ €4,000 lill-Isqof Silvertru Magro OFM, Vigarju Apostoliku ta’ Bengażi. Offerta simili ser titwassal ukoll lill-Vigarju Apostoliku ta’ Tripli, l-Isqof Giovanni Martinelli OFM. F’nota personali, l-Isqof Grech wassal il-viċinanza tal-poplu Għawdxi mal-Knisja fil-Libja, u wiegħed it-talb biex ma ddumx ma sseħħ il-paċi fil-Libja.
 
L-Isqof Magro kien qed imexxi Għasar solenni fil-Bażilika tan-Nadur, fejn qed tiġi ċċelebrata l-festa tal-qaddisin San Pietru u San Pawl. F’kelmtejn ta’ radd il-ħajr, hu wera l-apprezzament lejn il-poplu Għawdxi għal dan il-ġest ta’ solidarjetà mal-Knisja fil-Libja.
 
Il-flus kienu nġabru bħala parti mis-sawma ta’ Ras ir-Randan imnedija b’sens ta’ solidarjetà mal-Insara li jgħixu fil-Libja u li bħalissa, flimkien mal-poplu Libjan kollu, għaddejjin mill-esperjenza diffiċli tal-gwerra.
 
Fl-istess jum, Mons Isqof Mario Grech ikkomunika l-għotja ta’ €6500 lill-Isqof Joe Bonello OFM, Isqof Koadjutur fid-djoċesi ta’ Juticalpa, il-Ħonduras. L-Isqof Bonello, imwieled ix-Xagħra, Għawdex, ġie ordnat isqof  fi Frar li għadda, u f’Marzu għamel żjara fid-Djoċesi Għawdxija.

Ordinazzjoni ta’ Żewġ Djakni

ORDINAZZJONI 

Nhar il-Ħamis 23 ta’ Ġunju 2011, Vġili tat-Twelid tal-Battista, Mons Isqof Mario Grech se jmexxi ċ-ċelebrazzjoni tal-Ordinazzjoni Djakonali ta’ Mark Bonello (Xagħra) u Daniel Grech (Kerċem). L-ordinazzjoni se ssir fil-Knisja Katidrali. Il-quddiesa tibda fil-5.30pm. Filwaqt li nistiednu lill-Poplu t’Alla jitlob għal dan iż-żewġ ordinandi, inħeġġu biex fil-familji u fil-knejjes tagħna jsir talb ħerqan għall-vokazzjonijiet.